+Artikolu 14 Ippjanar tal-grilja lil hinn mill-kosta
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.

Artikolu 14 Ippjanar tal-grilja lil hinn mill-kosta

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Sal-24 ta’ Jannar 2023, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, fi ħdan il-kurituri prijoritarji speċifiċi tagħhom tal-grilja lil hinn mill-kosta, stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-iżvilupp f’kull reġjun, għandhom jikkonkludu ftehim mhux vinkolanti biex jikkooperaw dwar għanijiet għall-ġenerazzjoni rinnovabbli lil hinn mill-kosta li għandha tiġi introdotta f’kull baċir tal-baħar sal-2050, bi stadji intermedji fl-2030 u fl-2040, f’konformità mal-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, u tal-potenzjal tar-rinnovabbli lil hinn mill-kosta ta’ kull baċir tal-baħar.

Dak il-ftehim mhux vinkolanti għandu jsir bil-miktub fir-rigward ta’ kull baċir tal-baħar marbut mat-territorju tal-Istati Membri u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiżviluppaw proġetti fil-baħar territorjali u ż-żona ekonomika esklużiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida għall-ħidma fil-Gruppi.

Artikolu 14 2.
Sal-24 ta’ Jannar 2024 u bħala parti minn kull pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network, l-ENTSO tal-Elettriku, bl-involviment tat-TSOs rilevanti, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, u f’konformità mal-ftehim mhux vinkolanti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jiżviluppa u jippubblika, bħala rapport separat li jkun parti mill-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha, pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta ta’ livell għoli għal kull baċir tal-baħar, f’konformità mal-kurituri prijoritarji tal-grilja lil hinn mill-kosta imsemmija fl-Anness I, b’kont meħud tal-ħarsien ambjentali u ta’ użi oħra tal-baħar.

Fl-iżvilupp tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta ta’ livell għoli fl-iskeda ta’ żmien prevista fil-paragrafu 1, l-ENTSO tal-Elettriku għandu jikkunsidra l-ftehimiet mhux vinkolanti msemmija fil-paragrafu 1 għall-iżvilupp tax-xenarji tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha.

Il-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta għandhom jipprovdu prospettiva ta’ livell għoli dwar il-potenzjal tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta u l-ħtiġijiet li jirriżultaw tal-grilja lil hinn mill-kosta, inklużi l-ħtiġijiet potenzjali għal interkonnetturi, proġetti ibridi, konnessjonijiet radjali, rinforzi, u infrastruttura tal-idroġenu.

Artikolu 14 3.
Il-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta ta’ livell għoli għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ investiment reġjonali ppubblikati skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 u integrati fi ħdan il-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti tal-ippjanar tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fuq l-art u lil hinn mill-kosta u r-rinforzi meħtieġa.
Artikolu 14 4.
Sal-24 ta’ Diċembru 2024 u kull sentejn wara dan, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-ftehimiet mhux vinkolanti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu inkluż fid-dawl tar-riżultati tal-applikazzjoni tal-kost-benefiċċji u l-kondiviżjoni tal-kostijiet għall-kurituri prijoritarji tal-grilja lil hinn mill-kosta, meta dawk ir-riżultati jsiru disponibbli.
Artikolu 14 5.
Wara kull aġġornament tal-ftehimiet mhux vinkolanti f’konformità mal-paragrafu 4, għal kull baċir tal-baħar, l-ENTSO tal-Elettriku għandu jaġġorna l-pjan għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kostata’ livell għoli fil-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jmiss li jkopri l-Unjoni kollha kif imsemmi fil-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.