+Artikolu 16 4.

Artikolu 16 4.

Hekk kif proġett ta’ interess komuni bħal dan ikun laħaq maturità suffiċjenti, u jkun stmat li jkun lest sabiex jibda l-fażi tal-kostruzzjoni fis-36 xahar li jkun imiss, il-promoturi tal-proġett, wara li jkunu kkonsultaw lit-TSOs mill-Istati Membri li jirċievu impatt pożittiv nett sinifikanti minnu, għandhom jissottomettu talba għal investiment. Dik it-talba għal investiment għandha tinkludi talba għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti kollha kkonċernati, flimkien ma’ dawn li ġejjin:

(a) 

analiżi aġġornata tal-kost-benefiċċji li tkun speċifika għall-proġett u li tkun konsistenti mal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 11 u li tqis il-benefiċċji lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom ikun jinsab il-proġett filwaqt li jiġu kkunsidrati tal-inqas ix-xenarji konġunti stabbiliti għall-ippjanar tal-iżvilupp tan-network imsemmi fl-Artikolu 12. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawk għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe xenarju addizzjonali u biex tiġi żgurata l-konformità tiegħu ma’ dan il-paragrafu;

(b) 

pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett, inkluża s-soluzzjoni ta’ finanzjament magħżula, u, għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija msemmija fil-punt (3) tal-Anness II, ir-riżultati tal-ittestjar tas-suq;

(c) 

meta l-promoturi tal-proġetti jaqblu, proposta ssostanzjata għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet.

Meta proġett ikun promoss minn diversi promoturi tiegħu, dawn għandhom jissottomettu t-talba ta’ investiment tagħhom b’mod konġunt.

Malli jirċievu kopja ta’ kull talba għal investiment, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jibagħtuha mingħajr dewmien lill-Aġenzija għal finijiet ta’ informazzjoni.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u l-Aġenzija għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.