+Artikolu 16 Iffaċilitar ta’ investimenti b’impatt transfruntiera
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.
---+Artikolu 16 10.
---+Artikolu 16 11.
---+Artikolu 16 12.

Artikolu 16 Iffaċilitar ta’ investimenti b’impatt transfruntiera

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Il-kostijiet ta’ investiment imġarrba b’mod effiċjenti, li jeskludu l-kostijiet ta’ manutenzjoni, relatati ma’ proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II u ma’ proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, meta jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’kull Stat Membru kkonċernat, għandhom jiġġarrbu mit-TSO rilevanti jew mill-promoturi tal-proġett tal-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-Istati Membri li għalihom il-proġett jipprovdi impatt pożittiv nett, u, sa fejn ma jkunux koperti mill-kirjiet tal-konġestjoni jew minn imposti oħra, jitħallsu mill-utenti tan-network permezz ta’ tariffi għall-aċċess tan-network f’dak l-Istat Membru jew f’dawk l-Istati Membri.
Artikolu 16 2.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(a), (b), (c), (d), (f) u l-punt (3) tal-Anness II, meta tal-inqas promotur ta’ proġett wieħed jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-applikazzjoni tagħhom għall-kostijiet tal-proġett.

Il-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(e) u l-punt (2) tal-Anness II, jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu meta tal-inqas promotur ta’ proġett wieħed jitlob l-applikazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

Meta proġett ikollu diversi promoturi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom mingħajr dewmien jitolbu lill-promoturi tal-proġett kollha sabiex jissottomettu t-talba ta’ investiment b’mod konġunt f’konformità mal-paragrafu 4.

Artikolu 16 3.
Għal proġett ta’ interess komuni li għalih japplika l-paragrafu 1, il-promoturi tal-proġett għandhom iżommu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti kollha informati b’mod regolari, tal-inqas darba fis-sena, u sakemm il-proġett jiġi kkummissjonat, dwar il-progress ta’ dak il-proġett u l-identifikazzjoni tal-kostijiet u tal-impatt assoċjat miegħu.
Artikolu 16 4.

Hekk kif proġett ta’ interess komuni bħal dan ikun laħaq maturità suffiċjenti, u jkun stmat li jkun lest sabiex jibda l-fażi tal-kostruzzjoni fis-36 xahar li jkun imiss, il-promoturi tal-proġett, wara li jkunu kkonsultaw lit-TSOs mill-Istati Membri li jirċievu impatt pożittiv nett sinifikanti minnu, għandhom jissottomettu talba għal investiment. Dik it-talba għal investiment għandha tinkludi talba għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti kollha kkonċernati, flimkien ma’ dawn li ġejjin:

(a) 

analiżi aġġornata tal-kost-benefiċċji li tkun speċifika għall-proġett u li tkun konsistenti mal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 11 u li tqis il-benefiċċji lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom ikun jinsab il-proġett filwaqt li jiġu kkunsidrati tal-inqas ix-xenarji konġunti stabbiliti għall-ippjanar tal-iżvilupp tan-network imsemmi fl-Artikolu 12. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawk għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe xenarju addizzjonali u biex tiġi żgurata l-konformità tiegħu ma’ dan il-paragrafu;

(b) 

pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett, inkluża s-soluzzjoni ta’ finanzjament magħżula, u, għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija msemmija fil-punt (3) tal-Anness II, ir-riżultati tal-ittestjar tas-suq;

(c) 

meta l-promoturi tal-proġetti jaqblu, proposta ssostanzjata għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet.

Meta proġett ikun promoss minn diversi promoturi tiegħu, dawn għandhom jissottomettu t-talba ta’ investiment tagħhom b’mod konġunt.

Malli jirċievu kopja ta’ kull talba għal investiment, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jibagħtuha mingħajr dewmien lill-Aġenzija għal finijiet ta’ informazzjoni.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u l-Aġenzija għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Artikolu 16 5.
Fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tasal talba għal investiment mill-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, dawk l-awtoritajiet għandhom, wara li jikkonsultaw lill-promoturi tal-proġett ikkonċernati, jieħdu deċiżjonijiet konġunti koordinati dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet ta’ investiment imġarrba b’mod effiċjenti li għandhom jinġarru minn kull operatur tas-sistema għall-proġett, kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fit-tariffi, jew dwar ir-rifjut tat-talba għall-investiment, b’mod sħiħ jew parzjali, jekk l-analiżi komuni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tikkonkludi li l-proġett jew parti minnu jonqos milli jipprovdi benefiċċju nett sinifikanti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkludu l-kostijiet rilevanti tal-investiment li jiġġarrbu b’mod effiċjenti fit-tariffi, kif iddefinit fir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 11, f’konformità mal-allokazzjoni tal-kostijiet ta’ investiment li għandhom jiġġarrbu minn kull operatur tas-sistema għall-proġett. Għall-proġetti fit-territorji tal-Istat Membru rispettiv tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara dak, għandhom jivvalutaw, meta jkun xieraq, jekk jistgħux jinqalgħu kwistjonijiet ta’ affordabbiltà minħabba l-inklużjoni tal-kostijiet tal-investiment fit-tariffi.

Meta jallokaw il-kostijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu dawn li ġejjin, bħala effettivi jew stmati:

(a) 

il-kirjiet ta’ konġestjoni jew imposti oħra;

(b) 

dħul miksub mill-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi ta’ sistemi ta’ intertrażmissjoni stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943.

L-allokazzjoni tal-kostijiet b’mod transfruntier għandha tqis il-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jiġi żgurat qafas ta’ finanzjament stabbli għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni filwaqt li tiġi mminimizzata l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju.

Meta jallokaw il-kostijiet b’mod transfruntier, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, wara konsultazzjoni mat-TSOs ikkonċernati, għandhom ifittxu ftehim reċiproku bbażat fuq l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, iżda mhux limitat għaliha. Il-valutazzjoni tagħhom għandha tqis ix-xenarji rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 12 u xenarji oħra għall-ippjanar tal-iżvilupp tan-network, filwaqt li dan jippermetti analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-politika tal-enerġija tal-Unjoni ta’ dekarbonizzazzjoni, ta’ integrazzjoni tas-suq, ta’ kompetizzjoni, ta’ sostenibbiltà u ta’ sigurtà tal-provvista. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12.

Meta proġett ta’ interess komuni jtaffi l-esternalitajiet negattivi, bħal flussi ċirkolari, u dak il-proġett ta’ interess komuni jiġi implimentat fl-Istat Membru fl-oriġini tal-esternalità negattiva, tali mitigazzjoni ma għandhiex titqies bħala benefiċċju transfruntier u, għalhekk, ma għandhiex tikkostitwixxi bażi għall-allokazzjoni tal-kostijiet lit-TSO tal-Istati Membri affettwati minn dawk l-esternalitajiet negattivi.

Artikolu 16 6.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fuq il-bażi tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, iqisu l-kostijiet attwali mġarrba minn TSO jew minn promotur ta’ proġett ieħor b’riżultat tal-investimenti meta jistabbilixxu jew japprovaw it-tariffi f’konformità mal-Artikolu 41(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/73/KE u mal-Artikolu 59(1), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/944, sa fejn dawk il-kostijiet jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tal-allokazzjoni tal-kostijiet lill-Aġenzija mingħajr dewmien, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni. B’mod partikolari, id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tistabbilixxi raġunijiet dettaljati għall-allokazzjoni tal-kostijiet fost l-Istati Membri, inklużi li ġejjin:

(a) 

evalwazzjoni tal-impatt identifikat fuq kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż dak li jikkonċerna it-tariffi tan-network;

(b) 

evalwazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju msemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b);

(c) 

esternalitajiet pożittivi reġjonali jew madwar l-Unjoni kollha, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni, li l-proġett jiġġenera;

(d) 

ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-promoturi tal-proġett ikkonċernat.

Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tiġi ppubblikata.

Artikolu 16 7.
Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti ma jkunux laħqu ftehim dwar it-talba ta’ investiment fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun waslet it-talba mill-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, huma għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien.

F’dak il-każ jew fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, id-deċiżjoni dwar it-talba għall-investiment, inkluża l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 5, għandha tittieħed mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data ta’ riferiment lill-Aġenzija.

Qabel ma tieħu deċiżjoni bħal din, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u lill-promoturi tal-proġetti. Il-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn meta tintalab aktar informazzjoni mill-Aġenzija. Dak il-perjodu addizzjonali għandu jibda fil-jum ta’ wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta.

Il-valutazzjoni tal-Aġenzija għandha tqis ix-xenarji rilevanti kollha stabbiliti skont l-Artikolu 12 u xenarji oħra għall-ippjanar għall-iżvilupp tan-network, biex b’hekk tkun tista’ ssir analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-miri tal-Unjoni tal-politika tal-enerġija tad-dekarbonizzazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12.

L-Aġenzija, fid-deċiżjoni tagħha dwar it-talba għall-investiment, inkluża l-allokazzjoni tal-kostijiet transfruntiera, għandha tħalli d-determinazzjoni tal-mod kif il-kostijiet ta’ investiment jiġu inklużi fit-tariffi f’konformità mal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet prevista, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fil-mument tal-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’konformità mad-dritt nazzjonali.

Id-deċiżjoni dwar it-talba għall-investiment li tinkludi l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet għandha tiġi ppubblikata. L-Artikolu 25(3) u l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2019/942 għandhom japplikaw.

Artikolu 16 8.
Kopja tad-deċiżjonijiet kollha dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta’ kull deċiżjoni, għandhom jiġu nnotifikati, mingħajr dewmien, mill-Aġenzija lill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi sottomessa f’forma aggregata. Il-Kummissjoni għandha tippreserva l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Artikolu 16 9.
Id-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tat-TSOs li japplikaw u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li japprovaw l-imposti għall-aċċess għan-networks f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(3) sa (6) tar-Regolament (UE) 2019/943, l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/944.
Artikolu 16 10.

Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal proġetti ta’ interess komuni li jkunu rċevew eżenzjoni:

(a) 

mill-Artikoli 32, 33 u 34 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE, skont l-Artikolu 36 ta’ dik id-Direttiva;

(b) 

mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mill-Artikolu 6, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943;

(c) 

mir-regoli dwar is-separazzjoni jew l-aċċess għal partijiet terzi, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) jew l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 66 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Artikolu 16 11.
Sal-24 ta’ Ġunju 2023, l-Aġenzija għandha tadotta rakkomandazzjoni biex jiġu identifikati prattiki tajba għat-trattament ta’ talbiet għal investiment għal proġetti ta’ interess komuni. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment, kif meħtieġ, b’mod partikolari biex tiġi żgurata konsistenza mal-prinċipji dwar il-grilji lil hinn mill-kosta għall-kondiviżjoni transfruntiera tal-kostijiet tas-sistemi ta’ għall-enerġija rinnovabbli kif imsemmi fl-Artikolu 15(1). Meta tadotta jew temenda r-rakkomandazzjoni, l-Aġenzija għandha twettaq proċess ta’ konsultazzjoni estensiv, li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
Artikolu 16 12.
Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-proġetti ta’ interess reċiproku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.