Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/564 (
10
), li fih il-ħames lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni kif ukoll l-Artikoli 2 sa 10, l-Artikoli 12, 13 u 14, u l-Annessi I sa IV u l-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 347/2013, għandu jibqa’ fis-seħħ u jipproduċi effetti fir-rigward tal-proġetti ta’ interess komuni inklużi fil-ħames lista tal-Unjoni sad-dħul fis-seħħ tal-ewwel lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku stabbilita skont dan ir-Regolament.