|
+Artikolu 10 2. |
Artikolu 10 2.Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis b’mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:
(a)
l-assenjazzjoni tar-riskju lill-pajjiż rilevanti tal-produzzjoni jew lil partijiet minnu f’konformità mal-Artikolu 29;
(b)
il-preżenza ta’ foresti fil-pajjiż tal-produzzjoni jew partijiet minnu;
(c)
il-preżenza ta’ popli indiġeni fil-pajjiż, tal-produzzjoni jew partijiet minnu;
(d)
il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni in bona fede mal-popli indiġeni fil-pajjiż tal-produzzjoni jew partijiet minnu;
(e)
l-eżistenza ta’ talbiet debitament motivati minn popli indiġeni abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva u verifikabbli dwar l-użu jew is-sjieda taż-żona użata għall-fini tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti;
(f)
il-prevalenza tad-deforestazzjoni jew tad-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiż, tal-produzzjoni jew partijiet minnu;
(g)
is-sors, l-affidabbiltà, il-validità, u r-rabtiet għal dokumentazzjoni disponibbli oħra tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1);
(h)
tħassib fir-rigward tal-pajjiż, tal-produzzjoni u oriġini jew ta’ partijiet minnu, bħal-livell ta’ korruzzjoni, il-prevalenza ta’ falsifikazzjoni tad-dokumenti u tad-data, in-nuqqas tal-infurzar tal-liġi, il-ksur tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, il-kunflitt armat jew il-preżenza ta’ sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;
(i)
il-kumplessità tal-katina tal-provvista rilevanti u l-istadju tal-ipproċessar tal-prodotti rilevanti, b’mod partikolari d-diffikultajiet fil-konnessjoni tal-prodotti rilevanti mal-biċċa art fejn ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti;
(j)
ir-riskju ta’ ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament. jew ta’ taħlit ma’ prodotti rilevanti ta’ oriġini mhux magħrufa jew prodotti f’żoni fejn seħħet jew tkun qiegħda sseħħ id-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti;
(k)
il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ippubblikati fir-reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni;
(l)
tħassib sostanzjat ippreżentat skont l-Artikolu 31, u informazzjoni dwar l-istorja tan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament tal-operaturi jew tan-negozjanti tul il-katina tal-provvista rilevanti;
(m)
kwalunkwe informazzjoni li tindika riskju li l-prodotti rilevanti ma jkunux konformi;
(n)
informazzjoni komplementari dwar il-konformità ma’ dan ir-Regolament, li tista’ tinkludi informazzjoni pprovduta permezz ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi oħra vverifikati minn partijiet terzi, inkluż skemi volontarji rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), sakemm l-informazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|