+Artikolu 10 Valutazzjoni tar-riskju
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.

Artikolu 10 Valutazzjoni tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
L-operaturi għandhom jivverifikaw u janalizzaw l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikolu 9 u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra. Abbażi ta dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, l-operaturi għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju sabiex jistabbilixxu jekk hemmx riskju li l-prodotti rilevanti maħsuba sabiex jiġu introdotti fis-suq jew jiġu esportati ma jkunux konformi. L-operaturi ma għandhomx jintroduċu l-prodotti rilevanti fis-suq jew jesportawhom ħlief fejn il-valutazzjoni tar-riskju ma tiżvela l-ebda riskju jew tiżvela biss riskju negliġibbli li l-prodotti rilevanti mhumiex konformi.
Artikolu 10 2.

Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis b’mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-assenjazzjoni tar-riskju lill-pajjiż rilevanti tal-produzzjoni jew lil partijiet minnu f’konformità mal-Artikolu 29;

(b) 

il-preżenza ta’ foresti fil-pajjiż tal-produzzjoni jew partijiet minnu;

(c) 

il-preżenza ta’ popli indiġeni fil-pajjiż, tal-produzzjoni jew partijiet minnu;

(d) 

il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni in bona fede mal-popli indiġeni fil-pajjiż tal-produzzjoni jew partijiet minnu;

(e) 

l-eżistenza ta’ talbiet debitament motivati minn popli indiġeni abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva u verifikabbli dwar l-użu jew is-sjieda taż-żona użata għall-fini tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti;

(f) 

il-prevalenza tad-deforestazzjoni jew tad-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiż, tal-produzzjoni jew partijiet minnu;

(g) 

is-sors, l-affidabbiltà, il-validità, u r-rabtiet għal dokumentazzjoni disponibbli oħra tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1);

(h) 

tħassib fir-rigward tal-pajjiż, tal-produzzjoni u oriġini jew ta’ partijiet minnu, bħal-livell ta’ korruzzjoni, il-prevalenza ta’ falsifikazzjoni tad-dokumenti u tad-data, in-nuqqas tal-infurzar tal-liġi, il-ksur tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, il-kunflitt armat jew il-preżenza ta’ sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

(i) 

il-kumplessità tal-katina tal-provvista rilevanti u l-istadju tal-ipproċessar tal-prodotti rilevanti, b’mod partikolari d-diffikultajiet fil-konnessjoni tal-prodotti rilevanti mal-biċċa art fejn ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti;

(j) 

ir-riskju ta’ ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament. jew ta’ taħlit ma’ prodotti rilevanti ta’ oriġini mhux magħrufa jew prodotti f’żoni fejn seħħet jew tkun qiegħda sseħħ id-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti;

(k) 

il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ippubblikati fir-reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni;

(l) 

tħassib sostanzjat ippreżentat skont l-Artikolu 31, u informazzjoni dwar l-istorja tan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament tal-operaturi jew tan-negozjanti tul il-katina tal-provvista rilevanti;

(m) 

kwalunkwe informazzjoni li tindika riskju li l-prodotti rilevanti ma jkunux konformi;

(n) 

informazzjoni komplementari dwar il-konformità ma’ dan ir-Regolament, li tista’ tinkludi informazzjoni pprovduta permezz ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi oħra vverifikati minn partijiet terzi, inkluż skemi volontarji rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), sakemm l-informazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10 3.
Il-prodotti tal-injam li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 li huma koperti minn liċenzja FLEGT valida minn skema ta’ liċenzjar operazzjonali għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-Artikolu 3, il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10 4.
L-operaturi għandhom jiddokumentaw u jirrieżaminaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-anqas fuq bażi annwali u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba. L-operaturi għandhom ikunu jistgħu juru kif l-informazzjoni miġbura ġiet ivverifikata skont il-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju stabbiliti fil-paragrafu 2 u kif huma ddeterminaw l-grad ta’ riskju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.