+Artikolu 11 Mitigazzjoni tar-riskju
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
|
Artikolu 11 Mitigazzjoni tar-riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Ħlief fejn valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 10 tkun tiżvela li ma hemm l-ebda riskju jew li hemm biss riskju negliġibbli li l-prodotti rilevanti ma jikkonformawx, qabel ma jintroduċi l-prodotti rilevanti fis-suq jew qabel jesporthom, l-operatur għandu jadotta proċeduri u miżuri ta’ mitigazzjoni adegwati biex jinkiseb li ma jkunx hemm ebda riskju jew ikun hemm biss riskju negliġibbli. Dawn il-proċeduri u miżuri jistgħu jinkludu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
(a)
it-talba għal informazzjoni, data jew dokumenti addizzjonali;
(b)
it-twettiq ta’ stħarriġ jew awditi indipendenti;
(c)
it-teħid ta’ miżuri oħra relatati mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 9.
Tali proċeduri u miżuri jistgħu jinkludu wkoll l-appoġġ għall-konformità ma’ dan ir-Regolament mill-fornituri ta’ dak l-operatur, b’mod partikolari n-negozji ż-żgħar, permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-investimenti.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-operaturi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, kontrolli u proċeduri adegwati u proporzjonati sabiex jimmitigaw u jimmaniġġjaw effettivament ir-riskji tan-nuqqas ta’ konformità tal-prodotti rilevanti identifikati. Dawk il-politiki, il-kontrolli u l-proċeduri għandhom jinkludu:
(a)
mudelli ta’ prattiki għall-ġestjoni tar-riskju, ir-rapportar, iż-żamma tar-rekords, il-kontroll intern u l-ġestjoni tal-konformità, inkluż il-ħatra ta’ uffiċjal tal-konformità fil-livell maniġerjali għal operaturi mhux SME;
(b)
funzjoni ta’ awditjar indipendenti sabiex jiġu vverifikati l-politiki, il-kontrolli u l-proċeduri interni msemmija fil-punt (a) għall-operaturi kollha mhux SME.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Id-deċiżjonijiet dwar il-proċeduri u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għandhom jiġu ddokumentati, rieżaminati mill-anqas fuq bażi annwali u l-operaturi għandhon jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba. L-operaturi għandhom ikunu kapaċi juru kif ikunu ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-proċeduri u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|