Artikolu 7
L-introduzzjoni fis-suq minn operaturi stabbiliti f’pajjiżi terzi
Meta persuna fiżika jew ġuridika stabbilita barra l-Unjoni tintroduċi prodotti rilevanti fis-suq, l-ewwel persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed tali prodotti rilevanti fis-suq għandha titqies bħala operatur skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament.