|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.Il-verifiki fuq l-operaturi jistgħu jinkludu wkoll, fejn xieraq, b’mod partikolari fejn l-eżamijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu qajmu mistoqsijiet:
(a)
eżami fuq il-post tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti bil-ħsieb li tiġi aċċertata l-korrispondenza tagħhom mad-dokumentazzjoni użata għall-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta;
(b)
eżami ta’ miżuri korrettivi meħuda skont l-Artikolu 24;
(c)
kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġu ddeterminati l-ispeċi jew il-post eżatt fejn tkun ġiet prodotta l-komodità rilevanti jew il-prodott rilevanti, inkluż l-analiżi anatomika, kimika jew tad-DNA;
(d)
kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġi ddeterminat jekk il-prodotti rilevanti ikunux mingħajr deforestazzjoni, inkluż data ta’osservazzjoni tad-Dinja bħal dik mill-programm u l-għodod ta’ Copernicus jew minn sorsi rilevanti oħra disponibbli pubblikament jew privatament; u
(e)
verifiki spontanji fuq il-post, inkluż awditi fuq il-post, inkluż fejnxieraq f’pajjiżi terzi, diment li tali pajjiżi terzi jaqblu, permezz ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet amministrattivi ta’ dawk il-pajjiżi terzi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|