+Artikolu 18 Verifiki fuq l-operaturi
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
|
Artikolu 18 Verifiki fuq l-operaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-verifiki fuq l-operaturi għandhom jinkludu:
(a)
eżami tas-sistema ta’ diliġenza dovuta tagħhom, inkluż il-proċeduri ta’ valutazzjoni tar-riskju u ta’ mitigazzjoni tar-riskju, u tad-dokumentazzjoni u r-rekords li juri l-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ diliġenza dovuta;
(b)
eżami tad-dokumentazzjoni u tar-rekords li juri li prodott rilevanti speċifiku li l-operatur ikun introduċa jew li jkun beħsiebu jintroduċi fis-suq jew li jkun beħsiebu jesporta jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, inkluż, meta jkun applikabbli, permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, kif ukoll eżami tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta rilevanti jew, għall-operaturi primarji mikro jew żgħar, l-eżami tad-dikjarazzjoni simplifikata rilevanti jew l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri għal kull operatur fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Il-verifiki fuq l-operaturi jistgħu jinkludu wkoll, fejn xieraq, b’mod partikolari fejn l-eżamijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu qajmu mistoqsijiet:
(a)
eżami fuq il-post tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti bil-ħsieb li tiġi aċċertata l-korrispondenza tagħhom mad-dokumentazzjoni użata għall-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta;
(b)
eżami ta’ miżuri korrettivi meħuda skont l-Artikolu 24;
(c)
kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġu ddeterminati l-ispeċi jew il-post eżatt fejn tkun ġiet prodotta l-komodità rilevanti jew il-prodott rilevanti, inkluż l-analiżi anatomika, kimika jew tad-DNA;
(d)
kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġi ddeterminat jekk il-prodotti rilevanti ikunux mingħajr deforestazzjoni, inkluż data ta’osservazzjoni tad-Dinja bħal dik mill-programm u l-għodod ta’ Copernicus jew minn sorsi rilevanti oħra disponibbli pubblikament jew privatament; u
(e)
verifiki spontanji fuq il-post, inkluż awditi fuq il-post, inkluż fejnxieraq f’pajjiżi terzi, diment li tali pajjiżi terzi jaqblu, permezz ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet amministrattivi ta’ dawk il-pajjiżi terzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|