+Artikolu 26 Kontrolli
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
---+Artikolu 26 8.
---+Artikolu 26 9.
---+Artikolu 26 10.
|
Artikolu 26 Kontrolli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Il-prodotti rilevanti mqiegħda taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” jew “esportazzjoni” għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u l-miżuri stabbiliti f’dan il-Kapitolu. L-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-Regolament kif ukoll għal atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija, partikolarment ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Artikoli 46, 47, 134 u 267 tiegħu. Il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020 — ma għandux madanakollu japplika għall-kontrolli fuq -prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 26 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli għall-infurzar ġenerali ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli, skont l-Artikolu 16, għall-identifikazzjoni tal-verifiki li għandhom jitwettqu abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju u biex jistabbilixxu, permezz tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 16, jekk tali prodott rilevanti jikkonformax mal-Artikolu 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu dawn id-dmirijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 3.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu kontrolli fuq id-dikjarazzjonijiet doganali ppreżentati fir-rigward tal-prodotti rilevanti li jidħlu jew joħorġu mis-suq f’konformità mal-Artikoli 46 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Tali kontrolli għandhom primarjament ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskju, kif stabbilit fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
|
|
Artikolu 26 4.
|
In-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikatur tad-dikjarazzjoni għall-operaturi primarji mikro jew żgħar għandu jkun magħmul disponibbli għall-awtoritajiet doganali qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq. Għal dak il-fini, minbarra meta d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta tiġi magħmula disponibbli permezz tal-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(2), il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti għandha tagħmel disponibbli għall-awtoritajiet doganali n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikatur tad-dikjarazzjoni għall-operaturi primarji mikro jew żgħar assoċjati ma’ dak il-prodott rilevanti. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti minn operatur downstream.
|
|
Artikolu 26 5.
|
Għall-fini li titqies il-konformità ta’ dan ir-Regolament biex prodott rilevanti jkun jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportat:
(a)
sakemm l-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(1) tiġi stabbilita, il-paragrafi 6 sa 9 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw, u l-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 27, u, fejn meħtieġ, għandhom iqisu tali skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni biex jippermettu li prodotti rilevanti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportati;
(b)
ladarba l-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(1) tiġi stabbilita, għandhom japplikaw il-paragrafi 6 sa 9 ta’ dan l-Artikolu, u n-notifiki u t-talbiet skont il-paragrafi 6 sa 9 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru permezz ta’ dik l-interfaċċa elettronika.
|
|
Artikolu 26 6.
|
Meta jitwettqu l-kontrolli fuq id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq, l-awtoritajiet doganali għandhom jeżaminaw, bl-użu tal-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(1), l-istatus assenjat lid-dikjarazzjoni korrispondenti ta’ diliġenza dovuta mill-awtoritajiet kompetenti fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33.
|
|
Artikolu 26 7.
|
Meta l-istatus imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jindika li l-prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq ikun ġie identifikat, skont l-Artikolu 17(2), li jkun soġġett għal verifika qabel ma jiġi introdott fis-suq jew qabel ma jiġi esportat, l-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu r-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ dak il-prodott rilevanti.
|
|
Artikolu 26 8.
|
Meta r-rekwiżiti u l-formalitajiet l-oħra kollha skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali relatati mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni jkunu ġew issodisfati, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu li l-prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq, jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportat fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
l-istatus imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ma jindikax li l-prodott rilevanti jkun ġie identifikat, skont l-Artikolu 17(2), li huwa soġġett għal verifika qabel ma jiġi introdott jew imqiegħed fis-suq jew qabel ma jiġi esportat;
(b)
ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni jkun ġie sospiż skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, u l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux talbu li s-sospensjoni tinżamm skont l-Artikolu 17(3);
(c)
ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni jkun ġie sospiż skont il-paragrafu 7, u l-awtoritajiet kompetenti jkunu nnotifikaw lill-awtoritajiet doganali li s-sospensjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew tal-esportazzjoni tal-prodotti rilevanti tista’ titneħħa.
|
|
Artikolu 26 9.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq mhuwiex konformi„ huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali b’dan u l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ dak il-prodott rilevanti.
|
|
Artikolu 26 10.
|
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ma għandux jitqies bħala prova ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni u, b’mod partikolari, ma’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|