+Artikolu 29 4.

Artikolu 29 4.

Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tista’ tqis ukoll:

(a) 

informazzjoni sottomessa mill-pajjiż ikkonċernat, mill-awtoritajiet reġjonali kkonċernati, l-operaturi NGOs u partijiet terzi, inkluż popli indiġeni, komunitajiet lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fir-rigward tal-kopertura effettiva tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art fil-kontribut stabbilit fil-livell nazzjonali għall-UNFCCC;

(b) 

ftehimiet u strumenti oħra bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-Unjoni u/jew l-Istati Membri tagħha li jindirizzaw id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jiffaċilitaw il-konformità ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti mal- Artikolu 3 u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom;

(c) 

jekk il-pajjiż ikkonċernat għandux fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, inkluż f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Pariġi, u jieħux miżuri ta’ infurzar effettivi sabiex jindirizza d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u biex jevita u jippenalizza attivitajiet li jwasslu għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u b’mod partikolari jekk japplikax penali ta’ severità suffiċjenti sabiex jiġu miċħuda l-benefiċċji li jirriżultaw mid-deforestazzjoni jew mid-degradazzjoni tal-foresti;

(d) 

jekk il-pajjiż konċernat jagħmilx id-data rilevanti disponibbli b’mod trasparenti; u, jekk applikabbli, l-eżistenza ta’ liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-popli indiġeni, tal-komunitajiet lokali u ta’ detenturi oħra tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art, jew il-konformità jew l-infurzar effettiv ta’ dawn il-liġijiet;

(e) 

sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.