+Artikolu 29 Valutazzjoni tal-pajjiżi
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
---+Artikolu 29 8.
|
Artikolu 29 Valutazzjoni tal-pajjiżi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema bi tliet livelli għall-valutazzjoni tal-pajjiżi jew ta’ partijiet minnhom. Għal dak il-għan, l-Istati Membri u Stati terzi, jew partijiet minnhom, għandhom jiġu kklassifikati f’waħda mill-kategoriji ta’ riskju li ġejjin:
(a)
“riskju għoli” tirreferi għal pajjiżi, jew partijiet minnhom, li għalihom il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tirriżulta fl-identifikazzjoni ta’ riskju għoli li f’tali pajjiżi, jew f’partijiet minnhom, jiġu prodotti komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a);
(b)
“riskju baxx”, tirreferi għal pajjiżi jew partijiet minnhom, li għalihom il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tikkonkludi li hemm assigurazzjoni suffiċjenti li l-istanzi għall-produzzjoni f’tali pajjiżi jew f’partijiet minnhom, ta’ komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a), huma eċċezzjonali;
(c)
“riskju standard” tirreferi għal pajjiżi, jew partijiet minnhom li la jaqgħu fil-kategorija “riskju għoli” u lanqas fil-kategorija “riskju baxx”.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Fid-29 ta’ Ġunju 2023, il-pajjiżi kollha għandhom jiġu assenjati livell ta’ riskju standard. Il-Kummissjoni għandha tikklassifika l-pajjiżi jew partijiet minnhom, li jippreżentaw riskju baxx jew għoli f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-lista tal-pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli għandha tiġi ppubblikata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 36(2), mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2025. Dik il-lista għandha tiġi rieżaminata, u aġġornata jekk xieraq, kull meta jkun meħtieġ minħabba evidenza ġdida.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Il-klassifikazzjoni ta’ pajjiżi b’riskju baxx jew b’riskju għoli jew partijiet minnhom, skont il-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni oġġettiva u trasparenti mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu l-aħħar evidenza xjentifika u sorsi rikonoxxuti internazzjonalment. Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata primarjament fuq il-kriterji ta’ valutazzjoni li ġejjin:
(a)
ir-rata tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti;
(b)
ir-rata ta’ espansjoni tal-art agrikola għal komoditajiet rilevanti;
(c)
ix-xejriet tal-produzzjoni ta’ komoditajiet rilevanti u ta’ prodotti rilevanti.
|
|
Artikolu 29 4.
|
Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tista’ tqis ukoll:
(a)
informazzjoni sottomessa mill-pajjiż ikkonċernat, mill-awtoritajiet reġjonali kkonċernati, l-operaturi NGOs u partijiet terzi, inkluż popli indiġeni, komunitajiet lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fir-rigward tal-kopertura effettiva tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art fil-kontribut stabbilit fil-livell nazzjonali għall-UNFCCC;
(b)
ftehimiet u strumenti oħra bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-Unjoni u/jew l-Istati Membri tagħha li jindirizzaw id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jiffaċilitaw il-konformità ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti mal- Artikolu 3 u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom;
(c)
jekk il-pajjiż ikkonċernat għandux fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, inkluż f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Pariġi, u jieħux miżuri ta’ infurzar effettivi sabiex jindirizza d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u biex jevita u jippenalizza attivitajiet li jwasslu għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u b’mod partikolari jekk japplikax penali ta’ severità suffiċjenti sabiex jiġu miċħuda l-benefiċċji li jirriżultaw mid-deforestazzjoni jew mid-degradazzjoni tal-foresti;
(d)
jekk il-pajjiż konċernat jagħmilx id-data rilevanti disponibbli b’mod trasparenti; u, jekk applikabbli, l-eżistenza ta’ liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-popli indiġeni, tal-komunitajiet lokali u ta’ detenturi oħra tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art, jew il-konformità jew l-infurzar effettiv ta’ dawn il-liġijiet;
(e)
sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tidħol fi djalogu speċifiku mal-pajjiżi kollha li huma kklassifikati bħala ta’ riskju għoli, jew li jinsabu f’riskju li jiġu kklassifikati bħala ta’ riskju għoli, bl-objettiv li jitnaqqas il-livell ta’ riskju tagħhom.
|
|
Artikolu 29 6.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tinnotifika formalment lill-pajjiż ikkonċernat bl-intenzjoni tagħha li tikklassifika dak il-pajjiż jew parti minnu f’kategorija ta’ riskju differenti u tistiednu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni meqjusa utli f’dak ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti b’tali intenzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fin-notifika:
(a)
ir-raġuni jew ir-raġunijiet għall-intenzjoni li tinbidel il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż jew ta’ partijiet minnu;
(b)
l-istedina li jwieġeb lill-Kummissjoni bil-miktub fir-rigward tal-intenzjoni li tinbidel il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż jew ta’ partijiet minnu;
(c)
il-konsegwenzi tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala pajjiż ta’ riskju għoli jew ta’ riskju baxx.
|
|
Artikolu 29 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tħalli lill-pajjiżi kkonċernat żmien suffiċjenti sabiex iwieġeb għan-notifika. Fejn in-notifika tkun tikkonċerna intenzjoni min-naħa tal-Kummissjoni li tikklassifika lill-pajjiż jew parti minnu għal riskju ogħla, fit-tweġiba tiegħu, il-pajjiż ikkonċernat jista’ jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-miżuri meħuda minnu biex jirrimedja s-sitwazzjoni.
|
|
Artikolu 29 8.
|
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-pajjiż ikkonċernat u lill-awtoritajiet kompetenti bl-inklużjoni jew bit-tneħħija ta’ pajjiż, jew ta’ partijiet minnu, mil-lista msemmija fil-paragrafu 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|