+ANNESS II

ANNESS II




ANNESS II

Dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta

L-informazzjoni li jeħtieġ tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 4(2):

1. 

Isem l-operatur, l-indirizz u, fil-każ ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew joħorġu minnu, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2. 

Il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata, id-deskrizzjoni b’test liberu, inkluż l-isem kummerċjali kif ukoll, fejn applikabbli, l-isem xjentifiku sħiħ, u l-kwantità tal-prodott rilevanti li l-operatur beħsiebu jintroduċi fis-suq jew jesporta. Għal prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew joħorġu minnu, il-kwantità trid tiġi espressa f’kilogrammi tal-massa netta u, fejn applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikata jew, fil-każijiet l-oħra kollha, espressa f’massa netta li tispeċifika stima perċentwali jew devjazzjoni jew, fejn applikabbli, f’volum nett, jew fl-għadd ta’ unitajiet. Unità supplimentari hi applikabbli fejn tkun iddefinita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmija fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta.

3. 

Il-pajjiż tal-produzzjoni u l-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet art kollha fejn ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti. Għal prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-bhejjem tal-ifrat, u għal tali prodotti rilevanti li ntemgħu bi prodotti rilevanti, il-ġeolokalizzazzjoni għandha tirreferi għall-istabbilimenti kollha fejn jitrabbew il-bhejjem tal-ifrat. Fejn il-prodott rilevanti jkun fih jew ikun sar bl-użu ta’ komoditajiet prodotti f’biċċiet art differenti, għandha tiġi inkluża l-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet art kollha f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (d).

▼M2 —————

▼B

5. 

It-test: “Permezz tas-sottomissjoni ta’ din id-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta, l-operatur jikkonferma li d-diliġenza dovuta f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/1115 twettqet u li ma nstab l-ebda riskju jew instab biss riskju negliġibbli li l-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3, il-punt (a) jew (b), ta’ dak ir-Regolament”.

6. 

Firma fil-format li ġej:

“Iffirmat għal u f’isem:

Data:

Isem u funzjoni: Firma:”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.