|
+Artikolu 8 Organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. ---+Article 8 4. ---+Article 8 5. ---+Article 8 6. ---+Article 8 7. ---+Article 8 8. |
Artikolu 8 Organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġArtikolu 8 Organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ 1. Organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandha: (a) iżżomm u tevalwa regolarment sistema ta’ diliġenza dovuta kif stabbilit fl-Artikolu 6 u tagħti d-dritt lill-operaturi biex jużawha; (b) tivverifika l-użu korrett tas-sistema tagħha ta’ diliġenza dovuta minn dawk l-operaturi; (c) tieħu miżuri adatti fil-każ fejn operatur jonqos milli juża korrettament is-sistema tagħha ta’ diliġenza dovuta, inkluża n-notifika tal-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ nuqqas sinifikanti jew ripetut mill-operatur. 2. Organizzazzjoni tista’ tapplika biex tiġi tikonoxxuta bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ jekk tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: (a) ikollha personalità ġuridika u tkun stabbilita legalment fl-Unjoni; (b) ikollha għelm xieraq u l-kapaċità li teżerċita l-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1; u (c) tiżgura l-assenza ta’ kull kunflitt ta’ interess fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha. 3. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat(i) Membru(i) ikkonċernat(i) għandha tagħraf bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ applikant li jissodisfa r-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 2. Id-deċiżjoni li jingħata għarfien lil organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandha tiġi kkomunikata mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli f’intervalli regolari biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jkomplu jissodisfaw il-funzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2. Jistgħu jitwettqu kontrolli wkoll meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jkollha tagħrif rilevanti f’idejha, inkluż tħassib sostanzjali minn partijiet terzi jew meta tiskopri nuqqasijiet mill-operaturi fl-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ diliġenza dovuta maħluqa minn organizzazzjoni ta’ monitoraġġ. Għandu jkun disponibbli rapport tal-kontrolli skont id-Direttiva 2003/4/KE. 5. Jekk awtorità kompetenti tiddetermina li organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ma għadhiex twettaq il-funzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jew ma għadhiex tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2, hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. 6. Il-Kummissjoni għandha tirtira rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ meta, b’mod partikolari fuq il-bażi tat-tagħrif provduta msemmija fil-paragrafu 5, tkun iddeterminat li l-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ ma għadhiex twettaq il-funzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jew ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2. Qabel l-irtirar ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri konċernati. Id-deċiżjoni li jiġi rtirat rikonoxximent lil organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandha tiġi kkomunikata mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. 7. Sabiex tissupplimenta r-regoli proċedurali fir-rigward tar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ u, jekk l-esperjenza teħtieġ hekk, biex temendahom, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, filwaqt li tiżgura li r-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent jitwettqu b’mod ġust u trasparenti. Għall-atti delegati msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17. Dawk l-atti għandhom jiġu adottati sat-3 ta’ Marzu 2012. 8. Ir-regoli dettaljati li jikkonċernaw il-frekwenza u n-natura tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 4, meħtieġa biex tiġi żgurata s-superviżjoni effettiva tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ u l-implimentazzjoni uniformi ta’ dak il-paragrafu, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2). Dawk ir-regoli għandhom jiġu adottati sat-3 ta’ Ġunju 2012. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|