|
+ANNESS |
ANNESSANNESS Injam u prodotti tal-injam kif ikklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 3 ), li għalihom japplika dan ir-Regolament — 4401 Ħatab, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f’qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew fi frak; serratura u rimi tal-injam u skart, kemm jekk ikunu miġbura fi zkuk, trab tal-faħam ippressat, pritkuna jew forom bħal dawn, — 4403 Injam mhux irfinat, anki jekk bil-qoxra, l-ilbieba jew skwerrat b’mod mhux preċiż, — 4406 Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm, — 4407 Injam isserrat jew maqtugħ f’laqx għat-tul, imfellel jew imqaxxar, huwiex jew le inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf, eħxen minn 6 mm, — 4408 Folji għall-kisi tal-injam (inklużi dawk li jinkisbu billi jkun imfettet l-injam laminat), għall-plajwud jew għal injam laminat simili u injam ieħor, maqtugħ għat-tul, imfettet jew imqaxxar, sew jekk illixxat, xkatlat, imwaħħal jew ġonġut mit-tarf u sew jekk le, ta’ ħxuna ta’ mhux iktar minn 6 mm, — 4409 Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, kanal, irbattut, ċanfrin, ingast-V, biż-żibeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le, — 4410 Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (per eżempju, waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le, — 4411 Fibreboard tal-injam jew materjal ieħor tal-injam, sew jekk magħqud bir-raża jew sustanzi organiċi oħra jew le, — 4412 Plajwud, pannelli miksija u injam laminat simili, — 4413 00 00 Injam iddensifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom tal-profil, — 4414 00 Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti bħal dawn, — 4415 Kontenituri għall-ippakkjar, kaxex, ċestuni, tankijiet u kontenituri simili, tal-injam; rukkelli tal-injam għall-kejbil; pallets, pallets forma ta’ kaxxa jew twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-pallets tal-injam; twiebet, — (Materjal mhux tal-ippakkjar użat esklużivament bħala materjal tal-ippakkjar biex jirfed, jipproteġi jew iġorr prodott ieħor imqiegħed fis-suq.) — 4416 00 00 Bittiji, bramel, tankijiet, tnellijiet u prodotti oħra tal-buttar, u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż injam imqawwes, — 4418 Xogħol tal-mastrudaxxa u tal-karpentrija tal-injam għall-bennejja, inklużi pannelli ċellulari tal-injam, panelli mmuntati għall-art, twavel tal-kisi u shakes, — Polpa u karta tal-Kapitoli 47 u 48 tan-Nomenklatura Magħquda, għajr għal prodotti li għandhom bażi ta’ bambù u rkuprati (rimi u skart), — Għamara tal-injam 9403 30 , 9403 40 , 9403 50 00 , 9403 60 u 9403 90 30 , — 9406 00 20 Bini prefabbrikat. ( 1 ) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3. ( 2 ) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19. ( 3 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|