+Artikolu 4 3.

Artikolu 4 3.

F'każ li l-kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE ta' Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro tiġi terminata f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bord għandu jiddeċiedi fi żmien tliet xhur wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar it-terminazzjoni ta' kooperazzjoni mill-qrib, bi ftehim ma' dak l-Istat Membru, dwar il-modalitajiet għall-irkupru tal-kontribuzzjonijiet li l-Istat Membru kkonċernat ikun ittrasferixxa lill-Fond u dwar kwalunkwe kondizzjoni applikabbli.

L-irkupri għandhom jinkludu l-parti tal-kompartiment li tikkorrispondi għall-Istat Membru kkonċernat li mhijiex soġġetta għall-mutwalizzazzjoni. Jekk matul il-perijodu tranżitorju, kif stabbilit fil-Ftehim, l-irkupru tal-parti mhux mutwalizzata ma jkunx biżżejjed sabiex jippermetti l-finanzjament tal-istabbiliment, min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat, tal-arranġament finanzjarju nazzjonali tiegħu f'konformità mad-Direttiva 2014/59/UE, l-irkupri għandhom jinkludu wkoll it-total jew parti tal-parti tal-kompartiment li tikkorrispondi għal dak l-Istat Membru soġġett għal mutwalizzazzjoni skont il-Ftehim jew inkella, wara l-perijodu ta' tranżizzjoni, it-total jew parti tal-kontribuzzjonijiet trasferiti mill-Istat Membru kkonċernat waqt il-kooperazzjoni mill-qrib, f'ammont suffiċjenti li jippermetti l-finanzjament ta' dak l-arranġament finanzjarju nazzjonali.

Fl-evalwazzjoni tal-ammont ta' mezzi finanzjarji li għandhom jiġu rkuprati mill-parti mutwalizzata jew inkella, wara l-perijodu ta' tranżizzjoni, mill-Fond, għandu jittieħed kont tal-kriterji addizzjonali li ġejjin:

(a) 

il-mod kif saret it-terminazzjoni tal-kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, jekk seħħx b'mod volontarju, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, jew le;

(b) 

l-eżistenza ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li jkunu għaddejjin fid-data tat-terminazzjoni;

(c) 

iċ-ċiklu ekonomiku tal-Istat Membru kkonċernat mid-data tat-terminazzjoni.

L-irkupri għandhom jitqassmu matul perjodu limitat proporzjonat mat-tul ta' żmien tal-kooperazzjoni mill-qrib. Is-sehem tal-Istat Membru rilevanti tal-mezzi finanzjarji mill-Fond użati għal azzjonijiet ta' riżoluzzjoni matul il-perijodu ta' kooperazzjoni mill-qrib għandu jitnaqqas minn dawk l-irkupri.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.