+Artikolu 5 2.
|
Artikolu 5 2.
Il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u fejn rilevanti, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu deċiżjonijiet soġġetti għal u f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u b'mod partikolari kwalunkwe att leġislattiv u mhux leġislattiv, inklużi dawk imsemmija fl-Artikoli 290 u 291 TFUE. Il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu soġġetti għal standards tekniċi regolatorji u implimentattivi vinkolanti żviluppati mill-ABE u adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u kwalunkwe linji gwida u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE skont l-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament. Dawn għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma' kwalunkwe linji gwida u rakkomandazzjoni tal-ABE li huma relatati ma' kompiti tali li għandhom jitwettqu minn dawn il-korpi. Fil-każ fejn dawn ma jikkonformawx jew m'għandhomx il-ħsieb jikkonformaw ma' tali linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, l-ABE għandha tiġi infurmata dwar dan skont l-Artikolu 16(3) ta' dak ir-Regolament. Il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mal-ABE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 30 ta' dak ir-Regolament. Il-Bord għandu wkoll ikun soġġett għal kwalunkwe deċiżjoni tal-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-każ fejn id-Direttiva 2014/59/UE tkun tipprovdi għal tali deċiżjonijiet.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|