+Artikolu 6 Prinċipji ġenerali
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
|
Artikolu 6 Prinċipji ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
L-ebda azzjoni, proposta jew politika tal-Bord, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ma għandha tiddiskrimina kontra entitajiet, detenturi ta' depożiti, investituri jew kredituri oħra stabbiliti fl-Unjoni minħabba n-nazzjonalità jew il-post tal-operat tagħhom.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Kull azzjoni, proposta jew politika tal-Bord, il-Kunsill, tal-Kummissjoni jew ta' awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni fil-qafas tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni għandha tittieħed b'konsiderazzjoni sħiħa u fi dmir ta' diliġenza għall-unità u l-integrità tas-suq intern.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Meta jittieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet, li jista' jkollhom impatt f'aktar minn Stat Membru wieħed, u partikolarment meta jittieħdu deċiżjonijiet fir-rigward ta' gruppi stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar, għandhom jitqiesu kif dovut l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u l-fatturi kollha li ġejjin:
(a)
l-interessi tal-Istati Membri fejn il-grupp jopera u partikolarment l-impatt ta' kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja, ir-riżorsi fiskali, l-ekonomija, il-Fond u l-arranġamenti ta' finanzjament, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti jew l-iskema ta' kumpens għall-investituri ta' kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri u l-Fond;
(b)
l-objettiv li jiġu bbilanċjati l-interessi ta' diversi Stati Membri involuti u li jiġi evitat li jiġu ppreġudikati jew protetti inġustament l-interessi ta' Stat Membru;
(c)
il-ħtieġa li jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq kwalunkwe parti ta' grupp li tiegħu hija membru entità msemmija fl-Artikolu 2, li hija soġġetta għal riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Matul it-teħid ta' deċiżjonijiet jew ta' azzjonijiet, partikolarment fir-rigward ta' entitajiet jew gruppi stabbiliti kemm fi Stat Membru parteċipanti u kemm fi Stat Membru mhux parteċipanti, għandhom jitqiesu l-effetti negattivi possibbli fuq l-Istati Membri mhux parteċipanti, inklużi fuq entitajiet stabbiliti f'dawn l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jibbilanċjaw il-fatturi msemmija fil-paragrafu 3 mal-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 14 kif xieraq skont in-natura u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ u għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107 TFUE u fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 6 6.
|
Id-deċiżjonijiet jew l-azzjonijiet tal-Bord, il-Kunsill jew tal-Kummissjoni la għandhom jeħtieġu lill-Istati Membri jipprovdu għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja u lanqas ma għandhom jinterferixxu mas-sovranità baġitarja u r-responsabilitajiet fiskali tal-Istati Membri.
|
|
Artikolu 6 7.
|
Fejn il-Bord jieħu deċiżjoni li hija indirizzata lil awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandu jkollha d-dritt tispeċifika ulterjorment il-miżuri li għandhom jittieħdu. Tali speċifikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mad-deċiżjoni tal-Bord inkwistjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|