+Artikolu 8 9.

Artikolu 8 9.

Il-pjan ta' riżoluzzjoni għal kull entità għandu jinkludi, b'mod kwantifikat fejn xieraq u possibbli:

(a) 

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan;

(b) 

sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni li seħħew wara li kienet ippreżentata l-aħħar informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni;

(c) 

turija ta' kif il-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin ta' negozju jistgħu legalment u ekonomikament jiġu separati, sal-punt meħtieġ, minn funzjonijiet oħra sabiex tiġi żgurata l-kontinwità malli tfalli l-istituzzjoni;

(d) 

stima tal-limitu ta' żmien għall-eżekuzzjoni ta' kull aspett materjali tal-pjan;

(e) 

deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 10;

(f) 

deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 10(7) biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati b'riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 10;

(g) 

deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi, linji ewlenin ta' negozju u l-assi tal-istituzzjoni;

(h) 

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti għall-iżgurar li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/59/UE tiġi aġġornata u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni il-ħin kollu;

(i) 

spjegazzjoni dwar kif l-alternattivi għar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67;

(ii) 

kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza minn bank ċentrali; jew

(iii) 

kwalunkwe assistenza likwida minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard;

(j) 

deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti ta' riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta' żmien applikabbli;

(k) 

deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi;

(l) 

deskrizzjoni tal-alternattivi biex jiġi preżervat l-aċċess għall-pagamenti u s-servizzi tal-ikklerjar u infrastrutturi oħra u valutazzjoni tal-portabilità tal-pożizzjonijiet tal-klijenti;

(m) 

analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tal-istituzzjoni, inkluża valutazzjoni ta' kwalunkwe kost assoċjat, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta' riżoluzzjoni, filwaqt li jiġu kkonsidrati s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali, fejn applikabbli;

(n) 

pjan għall-komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku;

▼M1

(o) 

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12f u 12g u skadenza għall-ilħuq ta' dak il-livell, f'konformità mal-Artikolu 12k;

(p) 

fejn il-Bord japplika l-Artikolu 12c(4), (5), jew (7), skeda ta' żmien għall-konformità mill-entità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 12k;

▼B

(q) 

deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni;

(r) 

fejn applikabbli, kull opinjoni espressa mill-istituzzjoni fir-rigward tal-pjan ta' riżoluzzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.