+Artikolu 8 Pjanijiet ta' riżoluzzjoni mfassla mill-Bord
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8 11.
---+Artikolu 8 12.
---+Artikolu 8 13.

Artikolu 8 Pjanijiet ta' riżoluzzjoni mfassla mill-Bord

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Il-Bord għandu jfassal u jadotta pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-entitajietu l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u għall-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn ikunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-paragrafi.
Artikolu 8 2.
Il-Bord għandu jfassal il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, wara li jikkonsulta lill-BĊE jew lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti, inkluża l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, tal-Istati Membri parteċipanti li fihom huma stabbiliti l-entitajiet, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti fejn hemm fergħat sinifikanti sa fejn huwa rilevanti għall-fergħa sinifikanti. Għal dak il-għan, il-Bord jista' jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jħejju u jressqu abbozzi ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni lill-Bord, u jitlob lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tħejji u tressaq abbozz ta' pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp lill-Bord.

Il-Bord jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw is-setgħat imsemmijin fl-Artikolu 10(8) tad-Direttiva 2014/59/UE. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8 3.
Biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-Bord għandu joħroġ linji gwida u jindirizza istruzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għat-tħejjija tal-abbozzi ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni u għall-abbozzi ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp b'rabta ma' entitajiet jew gruppi speċifiċi.
Artikolu 8 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jibagħtu lill-Bord l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ifassal u jimplimenta pjanijiet ta' riżoluzzjoni, kif miksuba minnhom skont l-Artikoli 11 u 13(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu.
Artikolu 8 5.
Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jistabbilixxi alternattivi għall-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u għall-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni msemmija f'dan ir-Regolament għall-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 8 6.
►M1  Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li l-Bord jista' jieħu meta entità msemmija fil-paragrafu 1 tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 9 għandha tiġi żvelata lill-entità kkonċernata. ◄

Meta jfassal u jaġġorna l-pjan ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jidentifika kull impediment materjali għar-riżolvibbiltà u, fejn ikun neċessarju u proporzjonat, jiddefinixxi l-azzjonijiet rilevanti dwar kif jistgħu jiġu indirizzati dawn l-impedimenti, skont l-Artikolu 10.

Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jqis xenarji rilevanti inkluż li l-każ ta' falliment jista' jkun idjosinkratiku jew jista' jseħħ fi żmien ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha.

Il-pjan ta' riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67;

(b) 

kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza minn bank ċentrali; jew

(c) 

kwalunkwe assistenza likwida minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard.

Artikolu 8 7.
Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jinkludi analiżi ta' kif u meta istituzzjoni tista' tapplika, fil-kondizzjonijiet indirizzati mill-pjan, għall-użu ta' faċilitajiet tal-bank ċentrali u għandu jidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral.
Artikolu 8 8.
Il-Bord jista' jitlob lill-istituzzjonijiet jassistuh fit-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet.
Artikolu 8 9.

Il-pjan ta' riżoluzzjoni għal kull entità għandu jinkludi, b'mod kwantifikat fejn xieraq u possibbli:

(a) 

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan;

(b) 

sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni li seħħew wara li kienet ippreżentata l-aħħar informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni;

(c) 

turija ta' kif il-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin ta' negozju jistgħu legalment u ekonomikament jiġu separati, sal-punt meħtieġ, minn funzjonijiet oħra sabiex tiġi żgurata l-kontinwità malli tfalli l-istituzzjoni;

(d) 

stima tal-limitu ta' żmien għall-eżekuzzjoni ta' kull aspett materjali tal-pjan;

(e) 

deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 10;

(f) 

deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 10(7) biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati b'riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 10;

(g) 

deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi, linji ewlenin ta' negozju u l-assi tal-istituzzjoni;

(h) 

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti għall-iżgurar li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/59/UE tiġi aġġornata u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni il-ħin kollu;

(i) 

spjegazzjoni dwar kif l-alternattivi għar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67;

(ii) 

kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza minn bank ċentrali; jew

(iii) 

kwalunkwe assistenza likwida minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard;

(j) 

deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti ta' riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta' żmien applikabbli;

(k) 

deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi;

(l) 

deskrizzjoni tal-alternattivi biex jiġi preżervat l-aċċess għall-pagamenti u s-servizzi tal-ikklerjar u infrastrutturi oħra u valutazzjoni tal-portabilità tal-pożizzjonijiet tal-klijenti;

(m) 

analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tal-istituzzjoni, inkluża valutazzjoni ta' kwalunkwe kost assoċjat, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta' riżoluzzjoni, filwaqt li jiġu kkonsidrati s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali, fejn applikabbli;

(n) 

pjan għall-komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku;

▼M1

(o) 

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12f u 12g u skadenza għall-ilħuq ta' dak il-livell, f'konformità mal-Artikolu 12k;

(p) 

fejn il-Bord japplika l-Artikolu 12c(4), (5), jew (7), skeda ta' żmien għall-konformità mill-entità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 12k;

▼B

(q) 

deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni;

(r) 

fejn applikabbli, kull opinjoni espressa mill-istituzzjoni fir-rigward tal-pjan ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 8 10.

Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandhom jinkludu pjan għar-riżoluzzjoni tal-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, immexxija mill-impriża omm tal-Unjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti u għandhom jidentifikaw miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta':

(a) 

l-impriża omm tal-Unjoni;

(b) 

is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jkunu stabbiliti fl-Unjoni;

(c) 

l-entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2; u

(d) 

soġġett għall-Artikolu 33, is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jkunu stabbiliti barra mill-Unjoni.

Skont il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jidentifika għal kull grupp l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 8 11.

Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandu:

▼M1

(a) 

jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għal entitajiet ta' riżoluzzjoni fix-xenarji msemmija fil-paragrafu 6 u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entitajiet oħra tal-grupp, tal-impriża omm u tal-istituzzjonijiet sussidjarji msemmija fil-paragrafu 1;

(aa) 

fejn grupp imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, jistabbilixxi azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet fuq dawn it-tnejn li ġejjin:

(i) 

entitajiet oħra tal-grupp li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(ii) 

gruppi oħra ta' riżoluzzjoni;

(b) 

jeżamina sa liema punt l-għodod ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati, u s-setgħat ta' riżoluzzjoni eżerċitati, fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Unjoni b'mod koordinat, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp sħiħ, jew ta' linji operatorji jew attivitajiet separati ta' negozju li huma fornuti minn għadd ta' entitajiet tal-grupp, jew ta' entitajiet partikolari tal-grupp jew gruppi ta' riżoluzzjoni, u jiġi identifikat kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;

▼B

(c) 

jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 10;

(d) 

fejn grupp jinkludi entitajiet inkorporati f'pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti adegwati għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta' dawk il-pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni fi ħdan l-Unjoni;

(e) 

jidentifika miżuri, inkluża s-separazzjoni ġuridika u ekonomika ta' funzjonijiet jew linji ta' negozju partikolari, li huma meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-grupp fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet ta' riżoluzzjoni;

(f) 

jidentifika kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp u, fejn ikunu meħtieġa l-Fond u l-arranġamenti finanzjarji minn Stati Membri mhux parteċipanti stabbiliti skont l-Artikolu 100 tad-Direttiva 2014/59/UE, jistabbilixxi prinċipji għall-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn is-sorsi ta' finanzjament fi Stati Membri parteċipanti u mhux parteċipanti differenti. Il-pjan ma għandu jassumi l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament u l-arranġamenti ta' finanzjament minn Stati Membri mhux parteċipanti stabbiliti skont l-Artikolu 100 tad-Direttiva 2014/59/UE,

(ii) 

kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza ta' bank ċentrali; jew

(iii) 

kwalunkwe assistenza likwida ta' bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard.

Dawk il-prinċipji għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta' kriterji ekwitabbli u bilanċjati u għandhom iqisu, b'mod partikolari, l-Artikolu 107(5) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kollha.

Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp ma għandux ikollu impatt sproporzjonat fuq kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 8 12.
Il-Bord għandu jistabbilixxi d-data sa meta għandhom jitfasslu l-ewwel pjanijiet ta' riżoluzzjoni. Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandhom jiġu rieżaminati, u fejn xieraq aġġornati, tal-anqas kull sena u wara kwalunkwe bidla materjali fl-istruttura ġuridika jew organizzattiva jew fl-operat jew fil-pożizzjoni finanzjarja tal-entità jew, fil-każ tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, tal-grupp inkluża kwalunkwe entità tal-grupp li jista' jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan jew li toħloq il-ħtieġa ta' reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tar-reviżjoni jew tal-aġġornament tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet, il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Bord kwalunkwe bidla li tagħmel neċessarja tali reviżjoni jew aġġornament.

Ir-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jitwettaq wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 21.

Meta jistabbilixxi l-iskadenzi msemmija fil-punti (o) u (p) tal-paragrafu 9 ta'dan l-Artikolu, fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jieħu kont tal-iskadenza għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 8 13.
Il-Bord għandu jressaq il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe tibdil li jsir fihom lill-BĊE jew lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.