+Artikolu 8 11.

Artikolu 8 11.

Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandu:

▼M1

(a) 

jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għal entitajiet ta' riżoluzzjoni fix-xenarji msemmija fil-paragrafu 6 u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entitajiet oħra tal-grupp, tal-impriża omm u tal-istituzzjonijiet sussidjarji msemmija fil-paragrafu 1;

(aa) 

fejn grupp imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, jistabbilixxi azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet fuq dawn it-tnejn li ġejjin:

(i) 

entitajiet oħra tal-grupp li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(ii) 

gruppi oħra ta' riżoluzzjoni;

(b) 

jeżamina sa liema punt l-għodod ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati, u s-setgħat ta' riżoluzzjoni eżerċitati, fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Unjoni b'mod koordinat, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp sħiħ, jew ta' linji operatorji jew attivitajiet separati ta' negozju li huma fornuti minn għadd ta' entitajiet tal-grupp, jew ta' entitajiet partikolari tal-grupp jew gruppi ta' riżoluzzjoni, u jiġi identifikat kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;

▼B

(c) 

jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 10;

(d) 

fejn grupp jinkludi entitajiet inkorporati f'pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti adegwati għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta' dawk il-pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni fi ħdan l-Unjoni;

(e) 

jidentifika miżuri, inkluża s-separazzjoni ġuridika u ekonomika ta' funzjonijiet jew linji ta' negozju partikolari, li huma meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-grupp fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet ta' riżoluzzjoni;

(f) 

jidentifika kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp u, fejn ikunu meħtieġa l-Fond u l-arranġamenti finanzjarji minn Stati Membri mhux parteċipanti stabbiliti skont l-Artikolu 100 tad-Direttiva 2014/59/UE, jistabbilixxi prinċipji għall-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn is-sorsi ta' finanzjament fi Stati Membri parteċipanti u mhux parteċipanti differenti. Il-pjan ma għandu jassumi l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbilit skont l-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament u l-arranġamenti ta' finanzjament minn Stati Membri mhux parteċipanti stabbiliti skont l-Artikolu 100 tad-Direttiva 2014/59/UE,

(ii) 

kwalunkwe assistenza likwida ta' emerġenza ta' bank ċentrali; jew

(iii) 

kwalunkwe assistenza likwida ta' bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateral, maturità jew rata ta' interessi mhux standard.

Dawk il-prinċipji għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta' kriterji ekwitabbli u bilanċjati u għandhom iqisu, b'mod partikolari, l-Artikolu 107(5) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kollha.

Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp ma għandux ikollu impatt sproporzjonat fuq kwalunkwe Stat Membru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.