|
+Artikolu 8 12. |
Artikolu 8 12.Il-Bord għandu jistabbilixxi d-data sa meta għandhom jitfasslu l-ewwel pjanijiet ta' riżoluzzjoni. Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandhom jiġu rieżaminati, u fejn xieraq aġġornati, tal-anqas kull sena u wara kwalunkwe bidla materjali fl-istruttura ġuridika jew organizzattiva jew fl-operat jew fil-pożizzjoni finanzjarja tal-entità jew, fil-każ tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, tal-grupp inkluża kwalunkwe entità tal-grupp li jista' jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan jew li toħloq il-ħtieġa ta' reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni. Għall-finijiet tar-reviżjoni jew tal-aġġornament tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet, il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Bord kwalunkwe bidla li tagħmel neċessarja tali reviżjoni jew aġġornament. Ir-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jitwettaq wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 21. Meta jistabbilixxi l-iskadenzi msemmija fil-punti (o) u (p) tal-paragrafu 9 ta'dan l-Artikolu, fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jieħu kont tal-iskadenza għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|