+Artikolu 12a L-applikazzjoni u l-kalkolu tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 12a 1.
---+Artikolu 12a 2.
---+Artikolu 12a 3.
|
Artikolu 12a L-applikazzjoni u l-kalkolu tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12a 1.
|
Il-Bord u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jiżguraw li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) jissodisfaw, f'kull ħin, ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fejn dan ikun meħtieġ minn, u f'konformità ma', dan l-Artikolu u l-Artikolu 12b sa 12i.
|
|
Artikolu 12a 2.
|
Dan ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 12d(3), (4), jew (6), kif applikabbli, bħala l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli u jiġi espress bħala perċentwal ta':
(a)
l-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(b)
il-miżura tal-iskopertura totali tar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 12a 3.
|
F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
)
(
6
), ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li mhumiex ditti tal-investiment msemmija fl-Artikolu 192) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftiehmu kif ġej:
(a)
ir-referenzi għall-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-proporzjon kapitali totali f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(b)
ir-referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 immultiplikat bi 12,5.
F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
) (
8
), ir-referenzi għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li ma jkunux ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jiġu interpretati bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|