|
+Artikolu 12c 7. |
Artikolu 12c 7.B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Bord jista' jiddeċiedi li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f ta' dan ir-Regolament għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sa fejn, minħabba l-obbligu tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' riżerva kombinata msemmija fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 12d(4) u l-Artikolu 12f ta' dan ir-Regolament, is-somma ta' dawk il-fondi proprji, strumenti u obbligazzjonijiet ma taqbiżx l-ogħla minn:
(a)
8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità; jew
(b)
l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola A × 2 + B × 2 + C, fejn A, B u C huma l-ammonti li ġejjin: A = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; B = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE; C = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|