|
+Artikolu 12d 2. |
Artikolu 12d 2.Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li għandha tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni jew li għandhom jiġu applikati setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward ta' strumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21 f'konformità max-xenarju rilevanti msemmi fl-Artikolu 8(6), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jkun ugwali għal ammont suffiċjenti biex jiġi żgurat li:
(a)
it-telf li hija mistennija ġġarrab l-entità jiġi kompletament assorbit (''assorbiment tat-telf'');
(b)
l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li huma istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) jew (3) iżda mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jiġu rikapitalizzati għal livell neċessarju sabiex ikunu jistgħu jkomplu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u jwettqu l-attivitajiet li għalihom huma awtorizzati taħt id-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE jew att leġislattiv ekwivalenti għal perjodu xieraq li mhuwiex itwal minn sena (“rikapitalizzazzjoni”). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|