+Artikolu 12d Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 12d 1.
---+Artikolu 12d 2.
---+Artikolu 12d 2a.
---+Artikolu 12d 3.
---+Artikolu 12d 4.
---+Artikolu 12d 5.
---+Artikolu 12d 6.
---+Artikolu 12d 7.
---+Artikolu 12d 8.
---+Artikolu 12d 9.
|
Artikolu 12d Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12d 1.
|
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi ddeterminat mill-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a)
il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni jista' jiġi riżolt bl-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni inkluż, fejn ikun il-każ, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, b'mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;
(b)
il-ħtieġa li jiġi żgurat, fejn adatt, li l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom li huma istituzzjonijiet, jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli biex jiżguraw li, jekk l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jew is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, rispettivament, kellhom jiġu applikati għalihom, it-telf ikun jista' jiġi assorbit u u li l-proporzjoni kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entitajiet rilevanti jistgħu jiġu ristawrati għal livell meħtieġ biex ikunu jistgħu jkomplu jkunu konformi mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex iwettqu l-attivitajiet li għalihom ikunu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;
(c)
il-ħtieġa li jiġi żgurat li, jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jantiċipa li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5) ta' dan ir-Regolament jew jistgħu jiġu kompletament trasferiti lil riċevitur taħt trasferiment parzjali, l-entità ta' riżoluzzjoni jkollha fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħra biex tassorbi t-telf u tirrestawra l-proporzjon kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ għal livell neċessarju sabiex tkun tista' tkompli tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex tkompli bl-attivitajiet li hija awtorizzata għalihom skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;
(d)
id-daqs, il-mudell kummerċjali, il-mudell ta' finanzjament u l-profil ta' riskju tal-entità;
(e)
il-punt sa liema l-falliment tal-entità jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż permezz tal-kontaġju fuq istituzzjonijiet jew entitajiet oħra, minħabba l-interkonnessjoni tal-entità ma' istituzzjonijiet jew entitajiet oħra jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja.
|
|
Artikolu 12d 2.
|
Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li għandha tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni jew li għandhom jiġu applikati setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward ta' strumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21 f'konformità max-xenarju rilevanti msemmi fl-Artikolu 8(6), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jkun ugwali għal ammont suffiċjenti biex jiġi żgurat li:
(a)
it-telf li hija mistennija ġġarrab l-entità jiġi kompletament assorbit (''assorbiment tat-telf'');
(b)
l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li huma istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) jew (3) iżda mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jiġu rikapitalizzati għal livell neċessarju sabiex ikunu jistgħu jkomplu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u jwettqu l-attivitajiet li għalihom huma awtorizzati taħt id-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE jew att leġislattiv ekwivalenti għal perjodu xieraq li mhuwiex itwal minn sena (“rikapitalizzazzjoni”).
|
|
Artikolu 12d 2a.
|
Il-Bord ma għandux jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għall-entitajiet ta’ likwidazzjoni. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Bord jista’ jivvaluta jekk huwiex ġustifikat li jtiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità ta’ likwidazzjoni fuq bażi individwali f’ammont li jaqbeż l-ammont suffiċjenti biex jassorbi t-telf f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu. Fil-valutazzjoni tiegħu, il-Bord għandu jqis, b’mod partikolari, kwalunkwe impatt possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta’ kontaġju għas-sistema finanzjarja, inkluż fir-rigward tal-kapaċità ta’ finanzjament tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti. Fejn il-Bord jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), l-entità ta’ likwidazzjoni għandha tissodisfa dak ir-rekwiżit billi tuża wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(b)
obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 72b(2), il-punti (b) u (d) ta’ dak ir-Regolament;
(c)
l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12c(2).
L-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx japplikaw għal entitajiet ta’ likwidazzjoni li għalihom il-Bord ma jkunx iddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-holdings ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonjiet sussidjarji li huma entitajiet ta’ likwidazzjoni li għalihom il-Bord ma jkunx iddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) ma għandhomx jitnaqqsu skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. B’deroga mir-raba’ subparagrafu, istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 li mhijiex hi stess entità ta’ riżoluzzjoni iżda hija sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni għandha tnaqqas il-holdings tagħha ta’ strumenti ta’ fondi proprji f’istituzzjonijiet sussidjarji li jappartjenu għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni u li huma entitajiet ta’ likwidazzjoni li għalihom il-Bord ma jkunx iddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) meta l-ammont aggregat ta’ dawk il-holdings ikun ugwali għal jew jaqbeż is-7 % tal-ammont totalital-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet tagħha li jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 12g(2), ikkalkolati kull sena mill-31 ta’ Diċembru bħala medja matul it-12-il xahar preċedenti.
|
|
Artikolu 12d 3.
|
Fil-każ ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun dan li ġej:
(a)
bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt a) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
(i)
l-ammont ta' telf li jrid jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità ta' riżoluzzjoni fil-livell konsolidat ta' grupp ta' riżoluzzjoni; u
(ii)
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit ta' proporzjon ta' kapital totali tiegħu msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta; u
(b)
bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
(i)
l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità ta' riżoluzzjoni msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u
(ii)
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-mi'ura tal-iskopertura totali. Meta jkun qed jistabbilixxi r-rekwiżit individwali provdut fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jqis ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27(7). Meta jkun qed jistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmija fis-subparagrafi preċedenti, il-Bord għandu:
(a)
juża l-valuri l-aktar reċenti rrappurtati għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jew il-miżura tal-iskopertura totali rilevanti, aġġustati għall-kwalunkwe bidla li tirriżulta mill-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u
(b)
wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jaġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.
Il-Bord għandu jkun jista' jżid ir-rekwiżit previst fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu b'ammont xieraq meħtieġ biex jiġi żgurat li, wara r-riżoluzzjoni, l-entità hija kapaċi żżomm fiduċja suffiċjenti tas-suq għal perijodu xieraq li ma għandux jaqbeż sena. Fejn japplika s-sitt subparagrafu ta' dan l-Artikolu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, bit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE. L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx huwa suffiċjenti biex tinżamm il-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun meħtieġ ammont akbar biex tinżamm fiduċja tas-suq suffiċjenti u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), għal perijodu xieraq ta' żmien li ma għandux jaqbeż sena.
|
|
Artikolu 12d 4.
|
Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li huma parti minn grupp ta' riżoluzzjoni, li l-assi totali tiegħu jaqbżu EUR 100 biljun, il-livell tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkun tal-anqas daqs:
(a)
13,5 % meta kkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 12a(2); u
(b)
5 % meta kkalkulat skont il-punt (b) tal-Artikolu 12a(2).
B'deroga mill-Artikolu 12c, l-entitajiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jissodisfaw livell tar-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li huwa daqs 13,5 % meta kkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) u daqs 5 % meta kkalkulat skont il-punt (b) tal-Artikolu 12a(2) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew l-obbligazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 12c(3) ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 12d 5.
|
Fuq talba tal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' entità ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu japplika r-rekwiżiti minimi stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għal entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u hija parti minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu huma inqas minn EUR 100 biljun, u li hija meqjusa mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni li raġonevolment x'aktarx tippreżenta riskju sistemiku fil-każ tal-falliment tagħha. Meta tkun qed tieħu deċiżjoni li tagħmel talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tqis:
(a)
il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;
(b)
il-punt sa fejn l-aċċess huwa limitat għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;
(c)
il-punt sa fejn l-entità ta' riżoluzzjoni tiddipendi fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.
In-nuqqas ta' talba mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord taħt l-Artikolu 12c(5).
|
|
Artikolu 12d 6.
|
Għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun li ġej:
(a)
bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
(i)
l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità; u
(ii)
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon totali tal-kapital tagħha msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u
(b)
għall-fini li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':
(i)
l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(ii)
ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ tagħha msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-miżura tal-iskopertura totali. Meta jkun qed jistabbilixxi r-rekwiżit individwali provdut fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jqis ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27(7). Meta jkun qed jistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmija fil-paragrafi preċedenti, il-Bord għandu:
(a)
juża l-valuri l-aktar reċenti rrappurtati għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jew għall-miżura ta' skopertura totali rilevanti, aġġustati għal kwalunkwe tibdil li jirriżulta mill-azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u
(b)
wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jaġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità rilevanti wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni.
Il-Bord għandu jkun jista' jżid ir-rekwiżit stipulat fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'ammont adegwat meħtieġ biex jiżgura li, wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti f'konformità mal-Artikolu 21, l-entità hija kapaċi iżżomm fiduċja suffiċjenti tas-suq għal perijodu xieraq li m'għandux jaqbeż sena. Fejn ikun applikabbli s-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun stabbilit fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, bit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE. L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx huwa suffiċjenti biex tiġi żgurata l-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr kontribuzzjonijiet mill-Fond, b'mod konsistenti mal-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 jew ir-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li huwa meħtieġ ammont ogħla biex tinżamm il-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3) għal perijodu xieraq ta' żmien li ma għandux jaqbeż sena.
|
|
Artikolu 12d 7.
|
Fejn il-Bord jistenna li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli raġonevolment x'aktarx li jiġu esklużi kompletament jew parzjalment mir-rikapitalizzazzjoni interna f'konformità mal-Artikolu 27(5) jew jistgħu jiġu trasferiti kompletament lil riċevitur taħt trasferiment parzjali, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi ssodisfat b'fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħra b'mod suffiċjenti sabiex:
(a)
jiġi kopert l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi identifikati skont l-Artikolu 27(5);
(b)
jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma ssodisfati.
|
|
Artikolu 12d 8.
|
Kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord li jimponi rekwiżit minimu ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluża valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu, u għandha tiġi rieżaminata mill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn biex tirrifletti kwalunkwe tibdil fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 12d 9.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 6 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti kapitali għandhom jiġu interpretati f'konformità mal-applikazzjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fil-Kapitoli 1, 2 u 4 tat-Titolu I tal-Għaxar Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali li jeżerċitaw l-għażliet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti minn dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|