|
+Artikolu 12d 5. |
Artikolu 12d 5.Fuq talba tal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' entità ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu japplika r-rekwiżiti minimi stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għal entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u hija parti minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu huma inqas minn EUR 100 biljun, u li hija meqjusa mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni li raġonevolment x'aktarx tippreżenta riskju sistemiku fil-każ tal-falliment tagħha. Meta tkun qed tieħu deċiżjoni li tagħmel talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tqis:
(a)
il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;
(b)
il-punt sa fejn l-aċċess huwa limitat għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;
(c)
il-punt sa fejn l-entità ta' riżoluzzjoni tiddipendi fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f. In-nuqqas ta' talba mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord taħt l-Artikolu 12c(5). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|