|
+Artikolu 12g 1. |
Artikolu 12g 1.Istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni jew ta' entità ta' pajjiż terz u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12d fuq bażi individwali. Il-Bord, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jista’ jiddeċiedi li japplika r-rekwiżit stabbilit f’dan l-Artikolu għal entità kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (b), jew għal istituzzjoni finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (c), li hija sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni iżda li ma hijiex entità ta’ riżoluzzjoni hija nnifisha. B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom u huma sussidjarji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12d u 12e fuq bażi konsolidata. B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-Bord jista’ jiddeċiedi li jiddetermina r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12d fuq bażi konsolidata għal sussidjarja kif imsemmija f’dan il-paragrafu fejn il-Bord jikkonkludi li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfati:
(a)
is-sussidjarja tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
is-sussidjarja tkun miżmuma direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni u:
—
l-entità ta’ riżoluzzjoni tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni;
—
kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta’ riżoluzzjoni jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jkunu parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni;
—
l-entità ta’ riżoluzzjoni ma jkollha direttament l-ebda istituzzjoni sussidjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, jew l-ebda entità sussidjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), (c) jew (d), ta’ dik id-Direttiva, meta dik l-entità tkun soġġetta għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45c jew 45f ta’ dik id-Direttiva jew fl-Artikolu 12d jew 12g ta’ dan ir-Regolament, għajr is-sussidjarja kkonċernata;
—
is-sussidjarja tkun affettwata b’mod sproporzjonat mit-tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii)
is-sussidjarja tkun soġġetta għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata biss u d-determinazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12d ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata ma twassalx għal dikjarazzjoni eċċessiva tal-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 12d(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament, tas-subgrupp li jikkonsisti f’entitajiet fil-perimetru ta’ konsolidazzjoni kkonċernat, b’mod partikolari fejn hemm prevalenza ta’ entitajiet ta’ likwidazzjoni fl-istess perimetru ta’ konsolidazzjoni;
(b)
il-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12d fuq bażi konsolidata bħala sostitut għall-konformità ma’ dak ir-rekwiżit fuq bażi individwali ma tfixkilx b’mod materjali kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(i)
il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp;
(ii)
il-kapaċità tas-sussidjarja li tikkonforma mar-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħha wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni; u
(iii)
l-adegwatezza tal-mekkaniżmu ta’ trasferiment intern tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni, inkluż il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni, f’konformità mal-Artikolu 21, tal-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja kkonċernata jew ta’ entitajiet oħra fil-grupp ta’ riżoluzzjoni. Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (24b) tal-Artikolu 3(1), dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, iżda li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, korp ċentrali li mhuwiex entità ta' riżoluzzjoni, u kwalunkwe entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għal rekwiżit taħt l-Artikolu 12f(3), għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 12d(6) fuq bażi individwali. Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità msemmija f'dan il-paragrafu għandu jkun determinat abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12d. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|