+Artikolu 12g Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 12g 1.
---+Artikolu 12g 2.
---+Artikolu 12g 2a.
---+Artikolu 12g 2b.
---+Artikolu 12g 3.
---+Artikolu 12g 4.
|
Artikolu 12g Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12g 1.
|
Istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni jew ta' entità ta' pajjiż terz u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12d fuq bażi individwali. Il-Bord, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jista’ jiddeċiedi li japplika r-rekwiżit stabbilit f’dan l-Artikolu għal entità kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (b), jew għal istituzzjoni finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (c), li hija sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni iżda li ma hijiex entità ta’ riżoluzzjoni hija nnifisha. B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom u huma sussidjarji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12d u 12e fuq bażi konsolidata. B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-Bord jista’ jiddeċiedi li jiddetermina r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12d fuq bażi konsolidata għal sussidjarja kif imsemmija f’dan il-paragrafu fejn il-Bord jikkonkludi li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfati:
(a)
is-sussidjarja tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
is-sussidjarja tkun miżmuma direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni u:
—
l-entità ta’ riżoluzzjoni tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni;
—
kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta’ riżoluzzjoni jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jkunu parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni;
—
l-entità ta’ riżoluzzjoni ma jkollha direttament l-ebda istituzzjoni sussidjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, jew l-ebda entità sussidjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), (c) jew (d), ta’ dik id-Direttiva, meta dik l-entità tkun soġġetta għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45c jew 45f ta’ dik id-Direttiva jew fl-Artikolu 12d jew 12g ta’ dan ir-Regolament, għajr is-sussidjarja kkonċernata;
—
is-sussidjarja tkun affettwata b’mod sproporzjonat mit-tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii)
is-sussidjarja tkun soġġetta għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata biss u d-determinazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12d ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata ma twassalx għal dikjarazzjoni eċċessiva tal-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 12d(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament, tas-subgrupp li jikkonsisti f’entitajiet fil-perimetru ta’ konsolidazzjoni kkonċernat, b’mod partikolari fejn hemm prevalenza ta’ entitajiet ta’ likwidazzjoni fl-istess perimetru ta’ konsolidazzjoni;
(b)
il-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12d fuq bażi konsolidata bħala sostitut għall-konformità ma’ dak ir-rekwiżit fuq bażi individwali ma tfixkilx b’mod materjali kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(i)
il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp;
(ii)
il-kapaċità tas-sussidjarja li tikkonforma mar-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħha wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni; u
(iii)
l-adegwatezza tal-mekkaniżmu ta’ trasferiment intern tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni, inkluż il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni, f’konformità mal-Artikolu 21, tal-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja kkonċernata jew ta’ entitajiet oħra fil-grupp ta’ riżoluzzjoni.
Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (24b) tal-Artikolu 3(1), dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, iżda li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, korp ċentrali li mhuwiex entità ta' riżoluzzjoni, u kwalunkwe entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għal rekwiżit taħt l-Artikolu 12f(3), għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 12d(6) fuq bażi individwali. Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità msemmija f'dan il-paragrafu għandu jkun determinat abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12d.
|
|
Artikolu 12g 2.
|
Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat permezz ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
obbligazzjonijiet:
(i)
li jinħarġu lill-entità ta' riżoluzzjoni u li jinxtraw minnha, direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni li jkun xtara l-obbligazzjonijiet mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu jew li jinħarġu lil azzjonist eżistenti li mhux parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew li huma mixtrija minnu, dment li l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
(ii)
li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-punti (b), (c), (k), (l) u (m) tal-Artikolu 72b(2) u l-Artikolu 72b(3) sa (5) ta' dak ir-Regolament;
(iii)
li fi proċedimenti ta' insolvenza normali jikklassifikaw taħt obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjoni msemmija fil-punt (i) u li mhumiex eliġibbli għal rekwiżiti ta' fondi proprji;
(iv)
li huma soġġetti għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 21 b'mod li huwa konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari billi ma jiġix affettwat il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
(v)
li l-akkwist ta' sjieda tagħhom mhuwiex iffinanzjat direttament jew indirettament mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu;
(vi)
id-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet għandhom jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' dik l-entità, u dik l-entità ma tipprovdix b'mod ieħor indikazzjoni tali;
(vii)
id-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jaċċellera l-pagament skedat fil-futur tal-imgħax jew tal-kapital, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-entità soġġetta għal dan l-Artikolu;
(viii)
il-livell ta' pagamenti ta' mgħax jew dividenti, kif applikabbli, li huma dovuti fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix emendat abbażi tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità soġġetta għal dan l-Artikolu jew tal-intrapriża omm tagħha;
(b)
fondi proprji, kif ġej:
(i)
kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, u
(ii)
fondi proprji oħrajn li:
—
huma maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li huma inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew
—
huma maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li mhumiex inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 12g 2a.
|
Meta entità kif imsemmija fil-paragrafu 1 tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) fuq bażi konsolidata, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ dik l-entità għandu jinkludi l-obbligazzjonijiet li ġejjin maħruġa f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni inkluża fil-konsolidament ta’ dik l-entità:
(a)
l-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta’ riżoluzzjoni, jew direttament, jew indirettament permezz ta’ entitajiet oħra fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni li ma jkunux inklużi fil-konsolidament tal-entità li tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) fuq bażi konsolidata;
(b)
l-obbligazzjonijiet maħruġa lil azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 12g 2b.
|
L-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2a, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, ma għandhomx jaqbżu l-ammont iddeterminat billi titnaqqas mill-ammont tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12(1) applikabbli għas-sussidjarja inkluż fil-konsolidazzjoni is-somma ta’ dawn kollha li ġejjin:
(a)
l-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità li tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) fuq bażi konsolidata kemm direttament, jew indirettament permezz ta’ entitajiet oħra fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni li jkunu inklużi fil-konsolidazzjoni ta’ dik l-entità;
(b)
l-ammont ta’ fondi proprji li jinħarġu f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 12g 3.
|
Il-Bord jista' jippermetti li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 21a(1) jiġi ssodisfat kompletament jew parzjalment b'garanzija pprovduta mill-entità ta' riżoluzzjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
(b)
l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f:
(c)
il-garanzija tingħata għal mill-inqas ammont li huwa ekwivalenti għall-ammont tar-rekwiżit li tissostitwixxi;
(d)
il-garanzija tiġi skattata meta s-sussidjarja ma tkunx kapaċi tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħra meta jsiru dovuti jew tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3) fir-rigward tas-sussidjarja, skont liema jiġi l-ewwel;
(e)
il-garanzija tkun kollateralizzata permezz ta' arranġament kollaterali finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
) għal mill-inqas 50 % tal-ammont tagħha;
(f)
il-kollateral li jappoġġa l-garanzija jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 197 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li, wara valwazzjonijiet negattivi adegwatament konservattivi, ikun biżżejjed biex ikopri l-ammont kollateralizzat kif imsemmi fil-punt (e);
(g)
il-kollateral li jappoġġa l-garanzija mhux gravat u b'mod partikolari ma jintużax bħala kollateral biex jappoġġa kwalunkwe garanzija oħra;
(h)
il-kollateral għandu maturità effettiva li tissodisfa l-istess kondizzjoni ta' maturità bħal dik imsemmija fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(i)
ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti, inkluż fejn tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (i) tal-ewwel subparagrafu, fuq talba tal-Bord, l-entità ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi opinjoni legali indipendenti, motivata u bil-miktub jew inkella għandha turi b'mod sodisfaċenti ieħor li ma hemm ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti.
|
|
Artikolu 12g 4.
|
Meta f’konformità mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni globali is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni, jew impriża prinċipali tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha, ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni u l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew, meta jkun stabbilit skont l-Artikolu 89 tad-Direttiva 2014/59/UE, jaqblu ma’ dik l-istrateġija, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew, fuq bażi konsolidata, l-impriża prinċipali tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 12a(1) ta’ dan ir-Regolament billi joħorġu l-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-impriża prinċipali apikali tagħhom stabbilita f’pajjiż terz;
(b)
is-sussidjarji ta’ dik l-impriża prinċipali apikali li huma stabbiliti fl-istess pajjiż terz;
(c)
entitajiet oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (a)(i) u (b)(ii), ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|