+Artikolu 12k Arranġamenti tranżizzjonali u ta' wara riżoluzzjoni
---+Artikolu 12k 1.
---+Artikolu 12k 2.
---+Artikolu 12k 3.
---+Artikolu 12k 4.
---+Artikolu 12k 5.
---+Artikolu 12k 6.
---+Artikolu 12k 7.
---+Artikolu 12k 8.
|
Artikolu 12k Arranġamenti tranżizzjonali u ta' wara riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12k 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 12a(1), il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perijodi tranżizzjonali adatti sabiex entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f jew 12g, jew mar-rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), skont il-każ. L-iskadenza gall-entitajiet biex ikunu konformi mar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew mar-rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2024. Il-Bord għandu jiddetermina livelli ta' mira intermedju għar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew għal rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), skont il-każ, li magħhom l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) għandhom jikkonformaw fl-1 ta' Jannar 2022. Il-livelli tal-mira intermedja għandhom, bħala regola, jiżguraw akkumulazzjoni lineari tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u fondi proprji lejn ir-rekwiżit. Il-Bord jista' jistabbilixxi perijodu tranżizzjonali li jkun itwal mill-1 ta' Jannar 2024 meta dan ikun debitament ġustifikat u adatt, abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 7 u billi jittieħed kont ta':
(a)
l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;
(b)
il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g jew rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7); u
(c)
jekk l-entità tistax tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li m'għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u jekk le, jekk dik l-inabbiltà hijiex ta' natura idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu.
|
|
Artikolu 12k 2.
|
L-iskadenza għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni biex ikunu konformi mal-livell minimu tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12d(4) jew (5) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2022.
|
|
Artikolu 12k 3.
|
Il-livelli minimi tar-rekwiżiti imsemmija fl-Artikolu 12d(4) u (5) ma għandhomx japplikaw fi żmien sentejn wara d-data:
▼M6
(a)
li fiha l-Bord jkun applika l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna; jew
▼M1
(b)
li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun stabbilixxiet miżura alternattiva għas-settur privat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew li fiha ġew eżerċitati setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, skont l-Artikolu 21, fir-rigward ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni, sabiex l-entità ta' riżoluzzjoni tkun rikapitilizzata mingħajr l-applikazzjoni ta' għodod ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 12k 4.
|
Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12c(4) u (7) kif ukoll fl-Artikolu 12d(4) u (5), kif applikabbli, ma għandhomx japplikaw fil-perjodu tat-tliet snin wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni jew il-grupp li l-entità ta' riżoluzzjoni hija parti minnu jkunu ġew identifikati bħala GSII, jew l-entità ta' riżoluzzjoni tibda tkun fil-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 12d(4) jew (5).
|
|
Artikolu 12k 5.
|
B’deroga mill-Artikolu 12a(1), il-Bord għandu jiddetermina perjodu ta’ tranżizzjoni xieraq għal konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f jew 12 g, jew rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), kif xieraq, għal entitajiet li għalihom ikunu ġew applikati għodod ta’ riżoluzzjoni jew is-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 21.
|
|
Artikolu 12k 6.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Bord għandu jikkomunika lill-entità rekwiżit minimu ippjanat għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal kull perjodu ta’ tnax-il xahar matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata akkumulazzjoni gradwali tal-kapaċità tagħha ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni. Fi tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni, ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun daqs l-ammont determinat skont l-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), l-Artikolu 12d(4) jew (5), l-Artikolu 12f jew l-Artikolu 12 g, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 12k 7.
|
Meta jiddetermina l-perijodi tranżizzjonali, il-Bord għandu jqis:
(a)
il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;
(b)
l-aċċess għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;
(c)
sa fejn tkun id-dipendenza tal-entità ta' riżoluzzjoni fuq il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni 1 biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.
|
|
Artikolu 12k 8.
|
Soġġett għall-paragrafu 1, il-Bord ma għandux jiġi mwaqqaf milli sussegwentement jirrevedi jew il-perijodu tranżizzjonali jew kwalunkwe rekwiżit minimu ippjanat għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ikkomunikat skont il-paragrafu 6.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|