+Artikolu 12k 1.

Artikolu 12k 1.

B'deroga mill-Artikolu 12a(1), il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perijodi tranżizzjonali adatti sabiex entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f jew 12g, jew mar-rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), skont il-każ. L-iskadenza gall-entitajiet biex ikunu konformi mar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew mar-rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2024.

Il-Bord għandu jiddetermina livelli ta' mira intermedju għar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew għal rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), skont il-każ, li magħhom l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) għandhom jikkonformaw fl-1 ta' Jannar 2022. Il-livelli tal-mira intermedja għandhom, bħala regola, jiżguraw akkumulazzjoni lineari tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u fondi proprji lejn ir-rekwiżit.

Il-Bord jista' jistabbilixxi perijodu tranżizzjonali li jkun itwal mill-1 ta' Jannar 2024 meta dan ikun debitament ġustifikat u adatt, abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 7 u billi jittieħed kont ta':

(a) 

l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;

(b) 

il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g jew rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7); u

(c) 

jekk l-entità tistax tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li m'għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u jekk le, jekk dik l-inabbiltà hijiex ta' natura idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.