+Artikolu 18 7.

Artikolu 18 7.

Immedjatament wara l-adozzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jitrażmettiha lill-Kummissjoni.

Fi żmien 24 siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni għandha tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni jew toġġezzjona għaliha, jew fir-rigward tal-aspetti diskrezzjonali tal-iskema ta’ riżoluzzjoni fil-każijiet mhux koperti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew fir-rigward tal-użu propost tal-għajnuna mill-Istat jew tal-għajnuna mill-Fond li ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern.

Fi żmien 12-il siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni tista' tipproponi lill-Kunsill biex:

(a) 

joġġezzjona għall-iskema ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi li l-iskema ta' riżoluzzjoni adottata mill-Bord ma tissodisfax il-kriterju tal-interess pubbliku msemmi fil-paragrafu 1(c);

(b) 

japprova jew joġġezzjona modifika materjali tal-ammont tal-Fond prevista fl-iskema ta' riżoluzzjoni tal-Bord.

Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.

L-iskema ta' riżoluzzjoni tista' tidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa wara t-trażmissjoni tagħha mill-Bord.

Il-Kunsill jew il-Kummissjoni, skont il-każ, għandhom jiġġustifikaw l-eżerċizzju tas-setgħa ta' oġġezzjoni li għandhom.

Fil-każ fejn, fi żmien 24 siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kunsill ikun approva l-proposta tal-Kummissjoni għal modifika tal-iskema ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi msemmija fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu jew il-Kummissjoni tkun oġġezzjonat skont it-tieni subparagrafu, il-Bord, fi żmien tmien siegħat, għandu jimmodifika l-iskema ta' riżoluzzjoni skont ir-raġunijiet espressi.

Fejn l-iskema ta' riżoluzzjoni adottata mill-Bord tipprevedi l-esklużjoni ta' ċerti obbligazzjonijiet fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 27(5), u fejn tali esklużjoni tirrikjedi kontribuzzjoni mill-Fond jew sors alternattiv ta' finanzjament, bil-ħsieb li titħares l-integrità tas-suq intern, il-Kummissjoni tista' tipprojbixxi jew titlob emendi għall-esklużjoni proposta filwaqt li telenka raġunijiet adegwati bbażati fuq il-ksur tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 27 u fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 44(11) tad-Direttiva 2014/59/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.