+Artikolu 18 Proċedura ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 1a.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.
---+Artikolu 18 10.
---+Artikolu 18 11.
---+Artikolu 18 12.
|
Artikolu 18 Proċedura ta' riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-Bord għandu jadotta skema ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 6 fir-rigward ta' entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u lill-entitajiet u lill-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, biss meta dan jivvaluta, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont ir-raba' subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja, li ntlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-entità qed tfalli jew x'aktarx li tfalli;
▼M1
(b)
b'kont meħud taż-żmien u ta' ċirkostanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li xi miżura alternattiva tas-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, jew azzjoni ta' superviżjoni, inklużi miżuri ta' intervent bikri jew valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21, meħuda fir-rigward tal-entità, jistgħu jimpedixxu l-falliment tagħha f'limitu ta' żmien raġonevoli;
▼B
(c)
hija meħtieġa azzjoni ta' riżoluzzjoni fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 5.
Għandha ssir mill-BĊE valutazzjoni tal-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, wara konsultazzjoni mal-Bord. Il-Bord, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jista' jagħmel tali valutazzjoni biss wara li jkun informa lill-BĊE bl-intenzjoni tiegħu u biss jekk il-BĊE, fi żmien tlitt ijiem kalendarji wara li tkun waslet tali informazzjoni, ma jkunx għamel tali valutazzjoni. Il-BĊE għandu jipprovdi, mingħajr dewmien, lill-Bord bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l-Bord jirrikjedi biex ikollu informazzjoni għall-valutazzjoni tiegħu. Fejn l-BĊE jivvaluta li l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ntlaħqet fir-rigward ta' istituzzjoni jew grupp imsemmija fl-ewwel subparagrafu, huwa għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Bord. Il-valutazzjoni tal-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha ssir mill-Bord, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jew, fejn applikabbli, mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Il-BĊE jista' jinforma wkoll lill-Bord jew lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni konċernati li huwa jqis li l-kondizzjoni stipulata f'dak il-punt ġiet sodisfatta.
|
|
Artikolu 18 1a.
|
Il-Bord jista' jadotta skema ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 fir-rigward ta' korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li huma affiljati b'mod permanenti magħha li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni meta dak il-grupp ta' riżoluzzjoni jikkonforma bħala ħaġa waħda mal-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn il-BĊE ddeċieda li jeżerċità direttament il-kompiti superviżorji relatati mal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, fil-każ tar-riċezzjoni ta' komunikazzjoni skont il-paragrafu 1 jew fejn il-Bord ikollu l-intenzjoni jagħmel valutazzjoni skont il-paragrafu 1 fuq inizjattiva proprja, fir-rigward ta' entità jew grupp imsemmi fl-Artikolu 6a(3), il-Bord għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni lill-BĊE mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 18 3.
|
L-adozzjoni preċedenti ta' miżura skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 27(1) jew l-Artikolu 28 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE, jew l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, mhijiex kondizzjoni għat-teħid ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 18 4.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-entità għandha titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli f'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
l-entità qed tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li l-istituzzjoni, fil-futur qrib, ser tkun qed tikser ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b'mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-BĊE, inkluż iżda mhux biss, il-fatt li l-istituzzjoni ġarrbet jew x'aktarx iġġarrab telf li se juża l-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom;
(b)
l-assi tal-entità huma, jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li l-assi tal-entità se jkunu, fil-futur qrib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha;
(c)
l-entità hija, jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li dik l-entità se tkun, fil-futur qrib, f'pożizzjoni li ma tistax tħallas id-dejn tagħha jew obbligazzjonijiet oħrajn malli jsiru dovuti;
(d)
hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief fejn, sabiex jiġi rimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru u tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, dik l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu xi waħda minn dawn l-għamliet:
(i)
garanzija tal-Istat biex issostni l-faċilitajiet ta' likwidità minn banek ċentrali skont il-kondizzjonijiet tal-banek ċentrali;
(ii)
garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda; jew
(iii)
injezzjoni ta' fondi proprji jew ix-xiri ta' strumenti kapitali bi prezzijiet u termini li ma jagħtux vantaġġ lill-entità, fejn la ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u lanqas iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 21(1) ma jkunu jeżistu fiż-żmien li tingħata l-għajnuna pubblika.
F'kull każ imsemmi fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-garanzija jew il-miżuri ekwivalenti msemmija fihom għandhom ikunu ristretti għall-entitajiet solventi u bil-kondizzjoni li tingħata approvazzjoni finali taħt il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ta' natura prekawzjonarja u temporanja u għandhom ikunu proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta' taqlib serju u ma għandhomx jintużaw biex jikkumpensaw għat-telf li ġarrbet l-entità jew li x'aktarx iġġarrab fil-futur qrib. Il-miżuri ta' appoġġ taħt il-punt (d)(iii) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għal injezzjonijiet meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqas ta' kapital stabbilit fit-testijiet tal-istress fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni jew tal-SSM, ir-rieżamijiet tal-kwalità tal-assi jew l-eżerċizzji ekwivalenti mwettqa mill-BĊE, l-ABE jew l-awtoritajiet nazzjonali, fejn applikabbli, ikkonfermati mill-awtorità kompetenti. Jekk il-Kummissjoni tressaq proposta leġislattiva skont l-Artikolu 32(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, din għandha, jekk xieraq, tressaq proposta leġislattiva li temenda dan ir-Regolament bl-istess mod.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, azzjoni ta' riżoluzzjoni għandha tiġi ttrattata bħala fl-interess pubbliku jekk tkun neċessarja għall-kisba ta' objettiv ta' riżoluzzjoni wieħed jew aktar u hija proporzjonata magħhom kif speċifikat fl-Artikolu 14 u l-istralċ tal-entità skont proċedimenti normali ta' insolvenza ma jilħaqx dawn l-objettivi ta' riżoluzzjoni sal-istess punt.
|
|
Artikolu 18 6.
|
Jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Bord għandu jadotta skema ta' riżoluzzjoni. L-iskema ta' riżoluzzjoni għandha:
(a)
tqiegħed lill-entità taħt riżoluzzjoni;
(b)
tiddetermina l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni lill-istituzzjoni taħt rizoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2), b'mod partikolari kwalunkwe esklużjonimill-applikazzjoni ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5) u (14);
(c)
tiddetermina l-użu tal-Fond biex jappoġġa l-azzjoni ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 76 u skont deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 19.
|
|
Artikolu 18 7.
|
Immedjatament wara l-adozzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jitrażmettiha lill-Kummissjoni. Fi żmien 24 siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni għandha tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni jew toġġezzjona għaliha, jew fir-rigward tal-aspetti diskrezzjonali tal-iskema ta’ riżoluzzjoni fil-każijiet mhux koperti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew fir-rigward tal-użu propost tal-għajnuna mill-Istat jew tal-għajnuna mill-Fond li ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern. Fi żmien 12-il siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni tista' tipproponi lill-Kunsill biex:
(a)
joġġezzjona għall-iskema ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi li l-iskema ta' riżoluzzjoni adottata mill-Bord ma tissodisfax il-kriterju tal-interess pubbliku msemmi fil-paragrafu 1(c);
(b)
japprova jew joġġezzjona modifika materjali tal-ammont tal-Fond prevista fl-iskema ta' riżoluzzjoni tal-Bord.
Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi. L-iskema ta' riżoluzzjoni tista' tidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa wara t-trażmissjoni tagħha mill-Bord. Il-Kunsill jew il-Kummissjoni, skont il-każ, għandhom jiġġustifikaw l-eżerċizzju tas-setgħa ta' oġġezzjoni li għandhom. Fil-każ fejn, fi żmien 24 siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kunsill ikun approva l-proposta tal-Kummissjoni għal modifika tal-iskema ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi msemmija fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu jew il-Kummissjoni tkun oġġezzjonat skont it-tieni subparagrafu, il-Bord, fi żmien tmien siegħat, għandu jimmodifika l-iskema ta' riżoluzzjoni skont ir-raġunijiet espressi. Fejn l-iskema ta' riżoluzzjoni adottata mill-Bord tipprevedi l-esklużjoni ta' ċerti obbligazzjonijiet fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 27(5), u fejn tali esklużjoni tirrikjedi kontribuzzjoni mill-Fond jew sors alternattiv ta' finanzjament, bil-ħsieb li titħares l-integrità tas-suq intern, il-Kummissjoni tista' tipprojbixxi jew titlob emendi għall-esklużjoni proposta filwaqt li telenka raġunijiet adegwati bbażati fuq il-ksur tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 27 u fl-att delegat adottat mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 44(11) tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
|
Artikolu 18 8.
|
Fil-każ fejn il-Kunsill joġġezzjona għat-tqegħid ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, fuq il-bażi li ma jkunux se jintlaħaq il-kriterju tal-interess pubbliku msemmi fil-paragrafu 1(c), l-entità rilevanti għandha tiġi stralċjata b'mod adegwat skont il-liġi nazzjonali applikabbli.
|
|
Artikolu 18 9.
|
Il-Bord għandu jiżgura li l-azzjoni meħtieġa ta' riżoluzzjoni titwettaq ħalli titwettaq l-iskema ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti. L-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tkun indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti u għandha tagħti istruzzjonijiet lil dawk l-awtoritajiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jimplimentawha f'konformità mal-Artikolu 29, billi jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni. Fejn ikun hemm għajnuna mill-Istat jew mill-Fond, il-Bord għandu jaġixxi f'konformità ma' deċiżjoni dwar dik l-għajnuna meħuda mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 18 10.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tikseb mingħand il-Bord kwalunkwe informazzjoni li tqis rilevanti biex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament. Il-Bord għandu jkollu s-setgħa jikseb mingħand kwalunkwe persuna, skont il-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jipprepara u jiddeċiedi dwar azzjoni ta' riżoluzzjoni, inklużi aġġornamenti u supplimenti ta' informazzjoni previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 18 11.
|
Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-eewel subparagrafu, il-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu, il-Bord jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw is-setgħat skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 18 12.
|
Il-Bord jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 84b(2) tad-Direttiva 2014/59/UE. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|