|
+Artikolu 23 Skema ta' Riżoluzzjoni |
Artikolu 23 Skema ta' RiżoluzzjoniArtikolu 23 Skema ta' Riżoluzzjoni L-iskema ta' riżoluzzjoni adottata mill-Bord skont l-Artikolu 18 għandha tistabbilixxi, skont kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat jew għajnuna mill-Fond, id-dettalji tal-għodod ta' riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li jirrigwardaw mill-inqas il-miżuri msemmija fl-Artikolu 24(2), l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 27(1) li għandu jkun implimentat minn awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni f'konformita' mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2014/59/UE kif trasposta fil-liġi nazzjonali u tiddetermina l-ammonti speċifiċi u l-għanijiet li għalihom il-Fond għandu jintuża. L-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tispjega l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu mill-Bord fir-rigward tal-impriża prinċipali tal-Unjoni jew entitajiet partikolari tal-grupp stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti bil-għan li tissodisfa l-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-prinċipji kif imsemmija fl-Artikoli 14 u 15. Meta jadottaw skema ta' riżoluzzjoni, il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw u jsegwu l-pjan ta' riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 8 sakemm il-Bord ma jivvalutax, b'konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jinkisbu b'mod aktar effikaċi bit-teħid ta' azzjonijiet li ma hemmx provvediment għalihom fil-pjan ta' riżoluzzjoni. Matul il-proċess tar-riżoluzzjoni, il-Bord jista' jemenda u jaġġorna l-iskema ta' riżoluzzjoni kif xieraq fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ. Għal emendi u aġġornamenti għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 18. B'żieda ma' dan, l-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi fejn xieraq għall-ħatra ta' maniġer speċjali għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/59/UE. Il-Bord jista' jistabbilixxi li dan l-istess maniġer speċjali jinħatar għall-entitajiet kollha affiljati mal-grupp fejn dak ikun meħtieġ sabiex jiffaċlita s-soluzzjonijet li jindirizzaw il-vijabilità finanzjarja tal-entitajiet ikkonċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|