|
+Artikolu 24 2. |
Artikolu 24 2.Dwar l-għodda tal-bejgħ ta' operat, l-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi:
(a)
l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 38(1) u (7) sa (11) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(b)
it-termini kummerċjali, b' kont meħud taċ-ċirkostanzi u l-ispejjeż u l-infiq imġarrba fil-proċess tar-riżoluzzjoni, skont liema l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tagħmel trasferiment f'konformità mal-Artikolu 38(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(c)
jekk is-setgħat ta' trasferiment jisgħux jiġu eżerċitati mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni aktar minn darba skont l-Artikolu 38(5) u (6) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(d)
l-arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità jew dawk l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 39(1) u (2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(e)
jekk il-konformità mar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni x'aktarx li thedded l-objettivi ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|