+Artikolu 24 Għodda tal-bejgħ ta' operat
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
|
Artikolu 24 Għodda tal-bejgħ ta' operat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Fi ħdan l-iskema ta' riżoluzzjoni, l-għodda tal-bejgħ ta' operat għandha tikkonsisti fit-trasferiment għand xerrej li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja ta' dan li ġej:
(a)
strumenti ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; jew
(b)
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe waħda minn dawn.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Dwar l-għodda tal-bejgħ ta' operat, l-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi:
(a)
l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 38(1) u (7) sa (11) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(b)
it-termini kummerċjali, b' kont meħud taċ-ċirkostanzi u l-ispejjeż u l-infiq imġarrba fil-proċess tar-riżoluzzjoni, skont liema l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tagħmel trasferiment f'konformità mal-Artikolu 38(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(c)
jekk is-setgħat ta' trasferiment jisgħux jiġu eżerċitati mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni aktar minn darba skont l-Artikolu 38(5) u (6) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(d)
l-arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità jew dawk l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 39(1) u (2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(e)
jekk il-konformità mar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni x'aktarx li thedded l-objettivi ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Il-Bord għandu japplika l-għodda tal-bejgħ ta' operat mingħajr ma jissodisfa r-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni stipulati fil-punt (e) tal-paragrafu 2 meta jiddetermina li l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx timmina xi wieħed jew aktar mill-objettivi ta' riżoluzzjoni u b' mod partikolari jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
iqis li hemm theddida materjali għall-istabbiltà finanzjarja li tinħoloq jew tiġi aggravata mill-falliment u l-falliment possibbli tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni; u
(b)
jqis li l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx thedded l-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta' operat fl-indirizzar ta' dik it-theddida jew biex jintlaħaq l-objettiv ta' riżoluzzjoni speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 14(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|