|
+Artikolu 26 2. |
Artikolu 26 2.Dwar l-għodda ta' separazzjoni tal-assi l-iskema ta' riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi:
(a)
l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni lil mezz ta' mmaniġġjar tal-assi f'konformità mal-Artikolu 42(1) sa (5) u (8) sa (13) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(b)
il-korrispettiv li għalih l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni lill-mezz tal-immaniġġjar tal-assi, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament, mal-Artikolu 42(7) tad-Direttiva 2014/59/UE u mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jimpedixxi li l-korrispettiv ikollu valur nominali jew negattiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|