+Artikolu 27 3.

Artikolu 27 3.

L-obbligazzjonijiet li ġejjin, kemm jekk regolati mil-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz, ma għandhomx ikunu soġġetti għal valwazzjoni negattiva u konverżjoni:

(a) 

depożiti koperti;

(b) 

obbligazzjonijiet garantiti inklużi bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' iħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili bħal bonds koperti;

(c) 

kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma minn istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inklużi assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem l-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew tal-AIFs kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), sakemm tali klijent ikun protett skont il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli;

(d) 

kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta permezz ta' relazzjoni fiduċjarja bejn entità msemmija fl-Artikolu 2 (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja), sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;

(e) 

obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' inqas minn sebat ijiem;

▼M1

(f) 

obbligazzjonijiet b'maturità pendenti ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħsuba skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

▼B

(g) 

obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) 

impjegat, b'rabta mas-salarju, benefiċċji tal-pensjoni jew remunerazzjoni oħra fissa dovuta, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhix regolata bil-liġi jew ftehim ta' negozjar kollettiv;

(ii) 

kreditur kummerċjali jew ta' negozju li jinħoloq mill-forniment ta' oġġetti jew servizzi lil istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 li huma fundamentali għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;

(iii) 

awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli;

(iv) 

skemi ta' garanzija ta' depożiti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE;

▼M1

(h) 

obbligazzjonijiet lil entitajiet imsemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma nfushom entitajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament mill-maturitajiet tagħhom, ħlief meta dawn l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw 'l isfel minn obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru parteċipanti li tirregola l-proċedimenti normali ta' insolvenza applikabbli fit-28 ta' Diċembru 2020; fil-każijiet fejn tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, il-Bord għandu jivvaluta jekk l-ammont ta' punti li jikkonformaw mal-Artikolu 12g(2) ikunx suffiċjenti biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.

▼B

Il-punt (g)(i) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta' dawk li jieħdu riskju materjali kif identifikat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.