+Artikolu 27 Għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 27 7.
---+Artikolu 27 8.
---+Artikolu 27 9.
---+Artikolu 27 10.
---+Artikolu 27 11.
---+Artikolu 27 12.
---+Artikolu 27 13.
---+Artikolu 27 14.
---+Artikolu 27 15.
---+Artikolu 27 16.

Artikolu 27 Għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.

L-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna tista' tiġi applikata għal kwalunkwe wieħed minn dawn l-iskopijiet:

(a) 

biex tiġi rikapitalizzata entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament li tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti biex tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni (sa fejn dawk il-kondizzjonijiet japplikaw għall-entità) u li tkompli twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE fejn l-entità hija awtorizzata skont dawn id-Direttivi, u biex tkun sostnuta l-fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni jew fl-entità;

(b) 

jikkonvertu għall-ekwità jew inaqqsu l-ammont kapitali ta' pretensjonijiet jew strumenti ta' dejn li huma ttrasferiti:

(i) 

lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jipprovdu kapital għal dik l-istituzzjoni tranżitorja; jew

(ii) 

taħt l-għodda tal-bejgħ ta' operat jew l-għodda ta' separazzjoni tal-assi.

Fil-qafas tal-iskema ta' riżoluzzjoni dwar l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, għandu jiġi stabbilit dan li ġej:

(a) 

l-ammont aggregat li bih l- ►M1  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu mnaqqsa jew konvertiti, skont il-paragrafu 13;

(b) 

l-obbligazzjonijiet li jistgħu jiġu esklużi skont il-paragrafi 5 sa 14;

(c) 

l-objettivi u l-kontenut minimu tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat li għandhom jiġu ppreżentati skont il-paragrafu 16.

Artikolu 27 2.
L-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna tista' tiġi applikata għall-iskop imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 biss jekk ikun hemm prospett realistiku li l-applikazzjoni ta' dik l-għodda, flimkien ma' miżuri rilevanti oħrajn li jinkludu miżuri implimentati skont il-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat meħtieġ mill-Artikolu 16 se, apparti li tilħaq l-objettivi rilevanti ta' riżoluzzjoni, tirrestawra l-entità inkwistjoni għal sodezza finanzjarja u vijabbiltà fit-tul.

Kwalunkwe waħda mill-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2)(a), (b) u (c), u l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (d) ta' dak il-paragrafu, għandha tapplika, kif xieraq, fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ma jiġux sodisfatti.

Artikolu 27 3.

L-obbligazzjonijiet li ġejjin, kemm jekk regolati mil-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz, ma għandhomx ikunu soġġetti għal valwazzjoni negattiva u konverżjoni:

(a) 

depożiti koperti;

(b) 

obbligazzjonijiet garantiti inklużi bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' iħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili bħal bonds koperti;

(c) 

kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma minn istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inklużi assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem l-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew tal-AIFs kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), sakemm tali klijent ikun protett skont il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli;

(d) 

kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta permezz ta' relazzjoni fiduċjarja bejn entità msemmija fl-Artikolu 2 (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja), sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;

(e) 

obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' inqas minn sebat ijiem;

▼M1

(f) 

obbligazzjonijiet b'maturità pendenti ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħsuba skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

▼B

(g) 

obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) 

impjegat, b'rabta mas-salarju, benefiċċji tal-pensjoni jew remunerazzjoni oħra fissa dovuta, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhix regolata bil-liġi jew ftehim ta' negozjar kollettiv;

(ii) 

kreditur kummerċjali jew ta' negozju li jinħoloq mill-forniment ta' oġġetti jew servizzi lil istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 li huma fundamentali għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;

(iii) 

awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli;

(iv) 

skemi ta' garanzija ta' depożiti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE;

▼M1

(h) 

obbligazzjonijiet lil entitajiet imsemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma nfushom entitajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament mill-maturitajiet tagħhom, ħlief meta dawn l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw 'l isfel minn obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru parteċipanti li tirregola l-proċedimenti normali ta' insolvenza applikabbli fit-28 ta' Diċembru 2020; fil-każijiet fejn tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, il-Bord għandu jivvaluta jekk l-ammont ta' punti li jikkonformaw mal-Artikolu 12g(2) ikunx suffiċjenti biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.

▼B

Il-punt (g)(i) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta' dawk li jieħdu riskju materjali kif identifikat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 27 4.
L-iskop tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi, fejn xieraq, l-eżerċizzju tas-setgħat ta' rikapitalizzazzjoni interna fuq kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni garantita jew obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, il-pleġġ, ir-rahan jew il-kollateral li huwa garanti tiegħu jew għal kwalunkwe ammont ta' depożitu li jeċċedi l-livell ta' kopertura stipulat fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE.

Il-Bord għandu jiżgura li l-assi garantiti kollha relatati ma' pool ta' kopertura ta' bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b'finanzjament suffiċjenti.

Bla ħsara għar-regoli ta' skopertura fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u sabiex jipprevedi r-riżolvibbiltà ta' entitajiet u gruppi, il-Bord għandu jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali biex jillimitaw, skont l-Artikolu 10(11)(b) ta' dan ir-Regolament, il-punt sa fejn istituzzjonijiet oħra iżommu ►M1  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ , ħlief għal obbligazzjonijiet miżmuma f'entitajiet li jiffurmaw parti mill-istess grupp.

Artikolu 27 5.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, ċerti obbligazzjonijiet jistgħu jiġu esklużi jew parzjalment esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fejn:

(a) 

mhuwiex possibbli ssir rikapitalizzazzjoni interna ta' dik l-obbligazzjoni fi żmien raġonevoli minkejja sforzi b'rieda tajba tal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti; jew

(b) 

l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u tkun proporzjonata sabiex tinkiseb il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin tan-negozju b'mod li tinżamm l-abbiltà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkompli bl-operazzjonijiet, is-servizzi u t-tranżazzjonijiet ewlenin; jew

(c) 

l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u proporzjonata biex tevita li twassal għal kontaġju wiesa', partikolarment rigward depożiti eliġibbli miżmuma minn persuni fiżiċi u mikroimpriżi, impriżi ta' daqs żgħir u medju, li jista' jħarbat b'mod serju l-funzjonament tas-swieq finanzjarji, inklużi l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, b'mod li jista' jikkawża tħarbit serju lill-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-Unjoni; jew

(d) 

l-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna għal dawk l-obbligazzjonijiet tikkawża qerda fil-valur b'mod li t-telf imġarrab minn kredituri oħra jkun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet ġew esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna.

Il-Bord għandu jivvaluta b'attenzjoni jekk l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni u li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni taħt il-punt (h) tal-paragrafu 3 għandhomx jiġu esklużi jew esklużi parzjalment taħt il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni.

Fejn tiġi eskluża, għal kollox jew parzjalment, obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna, taħt dan il- paragrafu, il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jista' jiżdied sabiex jittieħed kont ta' tali l-esklużjonijiet, sakemm il-livell ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jkun jikkonforma mal-prinċipju stipulat fil-punt (g) tal-artikolu 15(1).

Artikolu 27 6.

Fejn obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jiġu esklużi għal kollox jew parzjalment, skont il-paragrafu 5, u t-telf li kien jiġġarrab minn dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunx għadda kollu fuq kredituri oħrajn, tista' ssir kontribuzzjoni mill-Fond lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tagħmel waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

(a) 

tkopri kwalunkwe telf li ma jkunx ġie assorbit minn obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna u jiġi restawrat għal żero l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 13;

(b) 

jinxtraw strumenti ta' sjieda jew strumenti kapitali fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex l-istituzzjoni tiġi rikapitalizzata f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 13.

Artikolu 27 7.

Il-Fond jista' jagħmel kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 6 biss meta:

(a) 

kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tkun ta' ammont mhux inqas minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali inkluż il-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) sa (15), tkun saret mill-azzjonisti, id-detenturi ta' strumenti kapitali rilevanti u ►M1  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ oħra, permezz ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni jew mod ieħor; u

(b) 

il-kontribuzzjoni mill-Fond ma taqbiżx 5 % tal-obbligazzjonijiet totali inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) sa (15).

Artikolu 27 8.

Il-kontribuzzjoni tal-Fond imsemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu tista' tiġi ffinanzjata permezz ta':

(a) 

l-ammont disponibbli għall-Fond li nġabar permezz tal-kontribuzzjonijiet minn entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament skont ir-regoli stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE u fl-Artikolu 67(4), u fl-Artikoli 70 u 71 ta' dan ir-Regolament;

(b) 

fejn l-ammonti msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma jkunux suffiċjenti, l-ammonti miġbura minn mezzi ta' finanzjament skont l-Artikoli 73 u 74.

Artikolu 27 9.

F'ċirkostanzi straordinarji, finanzjament ulterjuri tista' jinkiseb minn sorsi alternattivi ta' finanzjament wara:

(a) 

li jkun intlaħaq il-limitu ta' 5 % speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 7; u

(b) 

obbligazzjonijiet mhux garantiti, mhux bi preferenza, minbarra d-depożiti eliġibbli, ikunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertit b'mod sħiħ.

Artikolu 27 10.
Bħala alternattiva jew flimkien ma', fejn il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 9 jkunu sodisfatti, tista' ssir kontribuzzjoni mir-riżorsi li jkunu nġabru permezz ta' kontribuzzjonijiet ex-ante skont l-Artikolu 70 u li jkunu għadhom ma ntużawx.
Artikolu 27 11.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 44 (8) tad-Direttiva 2014/59/UE ma għandux japplika.
Artikolu 27 12.

Meta tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5, għandha tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lil:

(a) 

il-prinċipju li t-telf għandu jiġġarrab l-ewwel mill-azzjonisti u mbagħad, b'mod ġenerali, mill-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f'ordni ta' preferenza;

(b) 

il-livell ta' kapaċità ta' assorbiment ta' telf li jibqa' fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jekk l-obbilgazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet jiġu esklużi; u

(c) 

il-ħtieġa li jinżammu riżorsi adegwati għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 27 13.

Il-Bord għandu jivvaluta fuq il-bażi ta' valwazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1) sa (15), tal-aggregat ta':

(a) 

fejn rilevanti, l-ammont li bih l- ►M1  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu valwati negattivament sabiex jiġi żgurat li l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkun żero; u

(b) 

fejn relevanti, l-ammont li bih l- ►M1  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jridu jiġu kkonvertiti f'ishma jew f'tipi oħrajn ta' strumenti kapitali sabiex jiġi rrestawrat il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta':

(i) 

l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; jew

(ii) 

tal-istituzzjoni tranżitorja.

Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l- ►M1  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jeħtiġilhom jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta-listituzzjonitaħt riżoluzzjoni, jew, fejn applikabbli, jiġi stabbilit il-proporzjon tal-istituzzjoni tranżitorja filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta' kapital mill-Fond skont il-punt (d) tal-Artikolu 76(1), u biex tiġi sostnuta biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja u jkun possibbli li tkompli tikkonforma għal tal-anqas ta' sena mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u tkompli twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE.

Fejn il-Bord ikollu l-ħsieb li juża l-għodda ta' separazzjoni tal-assi msemmija fl-Artikolu 26, l-ammont li bih jeħtieġ li jitnaqqsu l- ►M1  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ għandu jqis stima prudenti tal-ħtiġijiet ta' kapital tal-mezz ta' mmaniġġjar tal-assi bħala adegwat.

Artikolu 27 14.
Esklużjonijiet skont il-paragrafu 5 jistgħu jiġu applikati jew biex obbligazzjoni tiġi eskluża għalkollox mill-valwazzjoni negattiva jew sabiex ġiet limitata l-valwazzjoni negattiva applikata għal dik l-obbligazzjoni.
Artikolu 27 15.
Is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ta' prijorità tal-pretensjonijiet stipulati fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 27 16.
L-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tippreżenta minnufih lill-Bord il-pjan tar-riorganizzazzjoni tal-operat li jasallha skont l-Artikolu 52(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2014/59/UE mill-korp maniġerjali jew mill-persuna jew persuni maħtura skont l-Artikolu 72(1) tagħha.

Fi żmien ġimagħtejn mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat, l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti għandha tipprovdi lill-Bord bil-valutazzjoni tagħha tal-pjan. Fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat, il-Bord għandu jivvaluta l-probabbilità li l-pjan, jekk jiġi implimentat, għandu jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta' entità msemmija fl-Artikolu 2. Il-valutazzjoni għandha titlesta bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-BĊE, fejn rilevanti.

Fejn il-Bord ikun sodisfatt li l-pjan se jinkiseb dak l-għan, għandu jippermetti lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni tapprova l-pjan f'konformità mal-Artikolu 52(7) tad-Direttiva 2014/59/UE. Jekk il-Bord ma jkunx sodisfatt li l-pjan jilħaq dak l-objettiv, huwa għandu jagħti struzzjoni lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex tinnotifika lill-korp maniġerjali jew lill-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) ta' dik id-Direttiva dwar it-tħassib tagħha u teħtieġ l-emenda tal-pjan b'mod li jindirizza dan it-tħassib f'konformita' mal-Artikolu 52(6) dik id-Direttiva. Fiż-żewġ każijiet il-valutazzjoni għandha titlesta bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-BĊE, fejn rilevanti.

Fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-wasla ta' tali notifika, il-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jissottomettu għall-approvazzjoni pjan emendat lill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tippreżenta lill-Bord il-pjan emendat u l-valutazzjoni tagħha ta' tali pjan. Il-Bord għandu jivvaluta l-pjan emendat, u għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali ta' riżolużżjoni biex jinnotifikaw lill-korp maniġerjali jew il-persuna/i maħtura skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2014/59/UE fi żmien ġimgħa jekk hijiex sodisfatta li l-pjan, kif emendat, jindirizza t-tħassib innotifikat jew jekk humiex meħtieġa emendi ulterjuri.

Il-Bord għandu jikkomunika l-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat tal-grupp lill-ABE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.