|
+Artikolu 31a 5. |
Artikolu 31a 5.B’deroga mill-paragrafu 4, il-Bord ma għandux ikun obbligat jinforma lill-awtorità jew lill-istituzzjoni finanzjarja, kif applikabbli, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni meta tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata b’tali mod li ma tibqax relatata ma’ xi persuna fiżika identifikata jew identifikabbli u li l-istituzzjoni finanzjarja jew entitajiet ġuridiċi oħra ma jibqgħux identifikabbli; jew
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll tad-divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inkluż is-sigrieti kummerċjali, u biex tiġi protetta d-data personali permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 ( 13 ) u (UE) 2018/1725 ( 14 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|