+Artikolu 31a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra
---+Artikolu 31a 1.
---+Artikolu 31a 2.
---+Artikolu 31a 3.
---+Artikolu 31a 4.
---+Artikolu 31a 5.
---+Artikolu 31a 6.
---+Artikolu 31a 7.
---+Artikolu 31a 8.
---+Artikolu 31a 9.
---+Artikolu 31a 10.
---+Artikolu 31a 11.
---+Artikolu 31a 12.
|
Artikolu 31a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31a 1.
|
Il-Bord għandu jikkondividi, fuq bażi regolari jew skont il-każ, informazzjoni li jkun kiseb minn istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra meta jwettaq dmirijietu, u li tirriżulta mill-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, mal-awtoritajiet l-oħra fuq talba, dment li l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 31a 2.
|
Il-Bord għandu titlob informazzjoni mingħand kwalunkwe awtorità oħra li tkun kisbet dik l-informazzjoni, minflok ma jitlobha direttament mill-istituzzjonijiet finanzjarji, dment li l-Bord ikun intitolat jikseb dik l-informazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni. L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Bord li jikseb l-informazzjoni mitluba mill-istituzzjonijiet finanzjarji meta l-awtorità l-oħra ma tkunx tista’ tikkondividi l-informazzjoni, meta tkun meħtieġa azzjoni urġenti jew meta l-kisba tal-informazzjoni direttament mill-istituzzjonijiet finanzjarji tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Bord skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 31a 3.
|
Talba għall-iskambju ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tindika l-bażi legali skont il-liġi tal-Unjoni li tintitola lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra. L-awtorità rikjedenti u l-Bord għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 88 u 89 u fil-leġiżlazzjoni settorjali li japplikaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti u bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-Bord.
|
|
Artikolu 31a 4.
|
Meta l-Bord jiskambja informazzjoni skont il-paragrafu 1, dan għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lil kull awtorità li mingħandhom ikun kiseb l-informazzjoni jew kull istituzzjoni finanzjarja, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet mill-istituzzjonijiet finanzjarji direttament, dwar l-iskambju. Fil-każ ta’ skambji rikorrenti jew perjodiċi ta’ informazzjoni, il-Bord għandu jkun obbligat jinforma lill-istituzzjoni finanzjarja jew lill-awtorità li mingħandha jkun kiseb l-informazzjoni darba biss.
|
|
Artikolu 31a 5.
|
B’deroga mill-paragrafu 4, il-Bord ma għandux ikun obbligat jinforma lill-awtorità jew lill-istituzzjoni finanzjarja, kif applikabbli, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni meta tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata b’tali mod li ma tibqax relatata ma’ xi persuna fiżika identifikata jew identifikabbli u li l-istituzzjoni finanzjarja jew entitajiet ġuridiċi oħra ma jibqgħux identifikabbli; jew
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll tad-divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inkluż is-sigrieti kummerċjali, u biex tiġi protetta d-data personali permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (
13
) u (UE) 2018/1725 (
14
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
|
Artikolu 31a 6.
|
B’deroga mill-paragrafu 4, il-Bord ma għandux jinforma lill-istituzzjoni finanzjarja dwar l-iskambju ta’ informazzjoni jekk jiddetermina, jew ikun infurmat mill-awtorità rikjedenti, li dan jista’ jikkomprometti l-proċedimenti, l-azzjonijiet jew l-investigazzjonijiet superviżorji jew ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 31a 7.
|
Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-Bord ikun irċieva minn istituzzjoni finanzjarja jew l-awtoritajiet l-oħra u li fuqha l-Bord ikun sussegwentement wettaq verifiki tal-kwalità jew li l-Bord ikun ipproċessa mod ieħor.
|
|
Artikolu 31a 8.
|
Sabiex jiġu ffaċilitati l-iskambji ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 7, il-Bord u l-awtoritajiet l-oħra jistgħu jidħlu f’memoranda ta’ qbil dwar l-arranġamenti għal tali skambji. Il-memoranda ta’ qbil jistgħu jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni kondiviża. Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-Bord u lill-awtoritajiet l-oħra, tiżviluppa gwida dwar l-elementi ewlenin ta’ tali memoranda ta’ qbil.
|
|
Artikolu 31a 9.
|
Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet l-oħra f’konformità ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. F’każ ta’ kunflitt bejn dan l-Artikolu u dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet l-oħra, għandhom jipprevalu tali dispożizzjonijiet oħra.
|
|
Artikolu 31a 10.
|
Il-Bord u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra li jkollhom interess leġittimu f’dik l-informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Bord jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tagħti aċċess tkun żgurat li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni tiġi anonimizzata b’mod li jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, lill-entitajiet, lis-suġġetti tad-data u, meta jkun l-Bord li jagħti aċċess għall-informazzjoni, lill-Istati Membri milli jiġu identifikati;
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
L-informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe awtorità għandha tiġi kondiviża skont l-ewwel subparagrafu f’każ biss li jkun hemm il-kunsens tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 31a 11.
|
Sal-11 ta’ Novembru 2027, il-Bord għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jirrapporta lura lill-Kummissjoni dwar l-ostakli legali kollha fil-leġiżlazzjoni settorjali li jżommuhom, bi kwalunkwe mod, milli jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jindirizza wkoll rekwiżiti ta’ rappurtar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti. Jista’ jinkludi wkoll suġġerimenti biex tittejjeb il-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-entitajiet finanzjarji u mhux finanzjarji. Ir-rapport għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari, fejn meħtieġ. Filwaqt li tqis ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra.
|
|
Artikolu 31a 12.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, u tal-Artikolu 88(7), “awtoritajiet oħra” tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
(e)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ħlief l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali;
(f)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;
(g)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (3), tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;
(h)
l-awtoritajiet li jiffurmaw il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
(i)
l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, kif stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
);
(j)
superviżuri finanzjarji, kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
).
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|