+Artikolu 38 Multi
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.
---+Artikolu 38 7.
---+Artikolu 38 8.
---+Artikolu 38 9.
|
Artikolu 38 Multi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
Fejn il-Bord isib li xi entità msemmija fl-Artikolu 2 b'mod intenzjonali jew b'negliġenza wettqet wieħed mit-tipi ta' ksur elenkati fil-paragrafu 2, il-Bord għandu jieħu deċiżjoni li jimponi multa skont il-paragrafu 3. Ksur minn tali entità jkun ikkunsidrat li sar intenzjonalment jew hemm fatturi oġġettivi li juru li l-entità jew il-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri tagħha aġixxew deliberatament biex iwettqu l-ksur.
|
|
Artikolu 38 2.
|
Il-multi għandhom ikunu imposti fuq entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għall-ksur segwenti:
(a)
fejn ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 34;
(b)
fejn ma jaċċettawx li jkunu soġġetti għal-investigazzjoni ġenerali skont l-Artikolu 35 jew ispezzjoni fuq il-post skont l-Artikolu 36;
(c)
fejn ma jikkonformawx mad-deċiżjoni indirizzata lilhom mill-Bord skont l-Artikolu 29.
|
|
Artikolu 38 3.
|
L-ammont bażiku tal-multi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jirrappreżenta perċentwal tal-fatturat annwali nett inkluż id-dħul gross li jikkonsisti f'interess riċevibbli u introjtu simili, introjtu minn ishma u minn sigurtajiet varjabbli jew b'redditu fiss, u kummissjonijiet jew miżati riċevibbli skont l-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-impriża tul is-sena kummerċjali preċedenti, jew, fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-19 ta' Awwissu 2014, u għandha tiddaħħal fil-limiti li ġejjin:
(a)
għal ksur imsemmi fil-paragrafu 2(a) u (b), l-ammont bażiku għandu jammonta għal mill-anqas 0,05 % u ma għandux jaqbeż 0,15 %;
(b)
għal ksur msemmi fil-paragrafu 2(c), l-ammont bażiku għandu jammonta għal mill-anqas 0.25 % u ma għandux jaqbeż 0,5 %;
Sabiex tiddeċiedi jekk l-ammont bażiku tal-multi għandux ikun stabbilit fl-aktar livell baxx, fil-livell tan-nofs jew fl-ogħla livell tal-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord għandu jieħu kont tal-fatturat annwali fis-sena kummerċjali preċedenti tal-entità kkonċernata. L-ammont bażiku għandu jkun fil-parti l-baxxa tal-limitu għall-entitajiet b'fatturat annwali inqas minn EUR 1 000 000 000 , fil-parti tan-nofs tal-limitu għal entitajiet b'fatturat annwali bejn EUR 1 000 000 000 u 5 000 000 000 u fil-parti għolja tal-limitu għall-entitajiet b'fatturat annwali ogħla minn EUR 5 000 000 000 .
|
|
Artikolu 38 4.
|
L-ammonti bażiċi msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu aġġustati, skont il-bżonn, billi jitqiesu l-fatturi ta' aggravazzjoni jew ta' mitigazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6, bi qbil mal-koeffiċjenti rilevanti msemmija fil-paragrafu 9. Il-koeffiċjenti ta' mitigazzjoni rilevanti għandu jiġi applikat wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent ta' mitigazzjoni wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjent ta' mitigazzjoni individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku. Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandu jiġi applikat wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.
|
|
Artikolu 38 5.
|
Il-fatturi aggravanti li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-multi msemmija fil-paragrafu 1:
(a)
il-ksur ikun twettaq b'mod intenzjonali;
(b)
il-ksur ikun twettaq ripetutament;
(c)
il-ksur ikun twettaq fuq perijodu ta' aktar minn tliet xhur;
(d)
il-ksur ikun kixef dgħufijiet sistematiċi fl-organizzazzjoni tal-entità, partikolarmnet fil-proċeduri, fis-sistemi ta' ġestjoni jew fil-kontrolli interni tagħha,
(e)
ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju sa minn meta jkun ġie identifikat il-ksur;
(f)
il-maniġent superjuri tal-entità ma jkunx ikkoopera mal-Bord fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu.
|
|
Artikolu 38 6.
|
Il-fatturi ta' mitigazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-multi msemmija fil-paragrafu 1:
(a)
il-ksur ikun twettaq fuq perijodu ta' inqas minn għaxart ijiem ta' ta' xogħol;
(b)
il-maniġment superjuri tal-entità jista' juri li jkunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa għall-prevenzjoni tal-ksur;
(c)
l-entità tkun ġibdet l-attenzjoni tal-Bord għall-ksur b'ħeffa, b'effikaċja u b'mod komplut;
(d)
l-entità tkun, minn jeddha, ħadet miżuri li jiżguraw li ksur simili ma jitwettqux fil-futur.
|
|
Artikolu 38 7.
|
Minkejja l-paragrafi 2 sa 6, il-multi applikati ma għandhomx jaqbżu 1 % tal-fatturat annwali tal-entità msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernat fis-sena kummerċjali preċedenti. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn l-entità tkun ibbenefikat finanzjarjament, direttament jew indirettament, minn dak il-ksur u fejn ikunu jistgħu jiġu determinati l-profitti miksuba jew it-telf evitat, il-multa għandha tkun mill-anqas indaqs għall-benefiċċju finanzjarju. Fejn att jew ommissjoni ta' entità msemmija fil-paragrafu 1 jikkostitwixxu aktar minn tip ta' ksur wieħed elenkat fil-paragrafu 2, għandha tapplika biss l-ogħla multa kkalkolata skont dan l-Artikolu u relatata ma' wieħed minn dawn it-tipi ta' ksur.
|
|
Artikolu 38 8.
|
F'każijiet mhux koperti mill-paragrafu 2, il-Bord, jista' jirrakkomanda lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex jieħdu azzjoni biex jiżguraw li jkunu imposti pieni adegwati skont l-Artikoli 110 sa 114 tad-Direttiva 2014/59/UE u skont kwalunkwe leġislazzjoni nazzjonali rilevanti.
|
|
Artikolu 38 9.
|
Fil-kalkolu tal-multi l-Bord għandu japplika l-koeffiċjenti ta' aġġustament li ġejjin relatati mal-fatturi aggravanti:
(a)
jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta' 1,1, għal kull darba li dan jiġi ripetut;
(b)
jekk il-ksur jitwettaq fuq perijodu ta' aktar minn tliet xhur, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5;
(c)
jekk il-ksur ikun kixef dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tal-entità, partikolarment fil-proċeduri, is-sistemi tal-maniġment jew il-kontrolli interni tiegħu, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 2,2;
(d)
jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta' 2;
(e)
jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,7;
(f)
jekk il-maniġement superjuri ma jkunx ikkoopera mal-Bord fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5.
Il-Bord għandu japplika l-koeffiċjenti ta' aġġustament li ġejjin relatati mal-fatturi aggravanti fil-kalkolu tal-multi:
(a)
jekk il-ksur ikun twettaq fuq perijodu ta' inqas minn għaxart ijiem ta' xogħol, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,9;
(b)
jekk il-maniġement superjuri jista' juri li jkun ħa l-miżuri kollha meħtieġa biex jimpedixxi l-ksur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,7;
(c)
jekk l-entità tkun ressqet malajr, b'mod effettiv u komplet, il-ksur għall-attenzjoni tal-Bord, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,4;
(d)
jekk l-entità tkun ħadet miżuri b'mod volontarju biex ikun żgurat li ksur simili ma jkunx jista' jitwettaq fil-futur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,6.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|