+Artikolu 46 Parlamenti nazzjonali
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.

Artikolu 46 Parlamenti nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
Minħabba l-kompiti speċifiċi konferiti fuq il-Bord minn dan ir-Regolament, il-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti, permezz tal-proċeduri tagħhom stess, jistgħu jitolbu lill-Bord biex iwieġeb, u l-Bord hu obbligat iwieġebbil-miktub għal kwalunkwe osservazzjoni jew mistoqsija magħmula minnhom lill-Bord fir-rigward tal-funzjonijiet tal-Bord skont dan ir-Regolament.
Artikolu 46 2.
Meta jippreżenta r-rapport previst fl-Artikolu 45(2), il-Bord għandu jippreżenta simultanjament dak ir-rapport direttament lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti. Il-parlamenti nazzjonali jistgħu jindirizzaw l-osservazzjonijiet motivati tagħhom dwar dak ir-rapport lill-Bord. Il-Bord għandu jwieġeb bil-fomm jew bil-miktub għall-osservazzjonijiet jew għall-mistoqsijiet indirizzati lilu mill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti, f'konformita' mal-proċeduri tiegħu.
Artikolu 46 3.
Il-Parlament nazzjonali ta' Stat Membru parteċipanti jista' jistieden lill-President biex jipparteċipa fi skambju ta' opinjonijiet fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 f'dak l-Istat Membru flimkien ma' rappreżentant tal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni. Il-President hu obbligat li jwieġeb għal tali stedina.
Artikolu 46 4.
Dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' rendikont li l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom lejn il-parlamenti nazzjonali skont il-liġi nazzjonali għat-twettiq tal-kompiti kollha li mhumiex konferiti lill-Bord, il-Kunsill jew il-Kummissjoni permezz ta' dan ir-Regolament u għat-twettiq tal-attivitajiet imwettqa minnhom skont l-Artikolu 7(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.