+Artikolu 47 Indipendenza
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
|
Artikolu 47 Indipendenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
Meta jwettqu l-kompiti kkonferiti lilhom minn dan ir-Regolament, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku.
|
|
Artikolu 47 2.
|
Il-President, il-Viċi-President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bord, tal-Kunsill u l-Kummissjoni. Huma għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi, u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn korpi tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. Fid-deliberazzjonijiet u fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan il-Bord, huma għandhom jesprimu l-opinjoni tagħhom u jivvutaw b'mod indipendenti.
|
|
Artikolu 47 3.
|
La l-Istati Membri, la l-istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni Ewropea u lanqas kwalunkwe korp pubbliku jew privat ma għandu jfittex li jinfluwenza lill-President, lill-Viċi-President jew lill-membri tal-Bord.
|
|
Artikolu 47 4.
|
F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali kif stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (
17
) (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) imsemmija fl-Artikolu 87(6) ta' dan ir-Regolament, il-President, il-Viċi-President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dan ir-Regolament għandhom, wara li jitilqu mis-servizz, jibqgħu obbligati, kif inhu d-dover tagħhom, li jaġixxu b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|