+Artikolu 56 Ħatra u kompiti
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
---+Artikolu 56 7.
---+Artikolu 56 9.

Artikolu 56 Ħatra u kompiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.
Il-Bord għandu jkun ippresedut minn President full-time.
Artikolu 56 2.

Il-President għandu jkun responsabbli għal:

(a) 

it-tħejjija tal-ħidma tal-Bord, fis-sessjonijiet plenarji u eżekuttivi tiegħu, u biex ilaqqa' u jippresiedi l-laqgħat tiegħu;

(b) 

kull kwistjoni tal-persunal;

(c) 

il-kwistjonijiet ta' amministrazzjoni ta' kuljum;

▼M6

(d) 

l-istabbiliment ta’ abbozz preliminari tal-baġit u abbozz tal-baġit tal-Bord, f’konformità mal-Artikolu 61, u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Bord, f’konformità mal-Artikolu 63;

▼B

(e) 

il-ġestjoni tal-Bord;

(f) 

l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-Bord;

(g) 

it-tħejjija, kull sena, ta' abbozz tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 45 b'taqsima dwar l-attivitajiet ta' riżoluzzjoni tal-Bord u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

Il-President, fit-twettiq tal-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu, għandu jkun assistit minn persunal dedikat.

Artikolu 56 3.
Il-President għandu jkun assistit minn Viċi President.

Il-Viċi President għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fl-assenza tiegħu jew tagħha jew f'każ ta' impediment raġonevoli, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 56 4.
Il-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarji kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-banek. Il-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) għandhom jintagħżlu abbażi ta' proċedura tal-għażla miftuħa, li għandha tirrispetta l-prinċipji ta' bilanċ tal-ġeneru, esperjenza u kwalifika. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu informati debitament dwarha f'kull stadju ta' dik il-proċedura b'mod f'waqtu.
Artikolu 56 5.
►M6  Il-mandat tal-President, tal-Viċi President u tal-membri msemmija fl-Artikolu 43(1), il-punt(b), għandu jkun ta’ ħames snin. Dak il-mandat ma għandux jiġġedded. ◄

Il-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) ma għandux ikollhom kariga fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-Unjoni, jew f'dak internazzjonali.

Artikolu 56 6.
Wara li tisma' lill-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjonijiet ta' President, Viċi President u membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) u għandha tinforma lill-Kunsill dwar il-lista mqassra.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-ħatra tal-ewwel membri tal-Bord wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lista mqassra ta' kandidati bla ma tisma' lill-Bord.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta' dik il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni implimentattiva biex jaħtar lill-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b). Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

Artikolu 56 7.
Il-President, il-Viċi-President, u l-membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinħatru s-suċċessuri tagħhom u dawn ikunu bdew id-dmirijiet tagħhom f’konformità mad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 56 9.
Jekk il-President, il-Viċi President jew membru msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju ta' dmirijietu jew jekk jinstab ħati ta' mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista', fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni implimentattiva biex ineħħih jew ineħħiha mill-kariga. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

Għal dawk l-iskopijiet, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jinforma lill-Kummissjoni li jqis li l-kondizzjonijiet għat-tneħħija tad-President, il-Viċi President jew il-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) mill-kariga huma sodisfatti, u għal dan il-Kummissjoni għandha tagħti tweġiba.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.