Għall-fini tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
19
), fi żmien sitt xhur mill-jum li l-Bord isir operazzjonali, huwa għandu jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill- OLAF u għandu jadotta immedjatament id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal kollu tal-Bord bl-użu tal-mudell li jidher fl-Anness ta' dak il-Ftehim Interistituzzjonali.