+Artikolu 69 Livell immirat
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.
|
Artikolu 69 Livell immirat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 69 1.
|
Sal-aħħar ta' perijodu inizjali ta' tmien snin mill-1 ta' Jannar 2016 jew, inkella, mid-data li fiha dan il-paragrafu jkun applikabbli permezz tal-Artikolu 99(6), il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond għandhom jilħqu mill-inqas 1 % tal-ammont ta' depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Mebri parteċipanti kollha.
|
|
Artikolu 69 2.
|
Matul il-perijodu inizjali msemmi fil-paragrafu 1, kontribuzzjonijiet lill-Fond ikkalkolati skont l-Artikolu 70, u miġbura f'konformità mal-Artikolu 67(4), għandhom jitqassmu maż-żmien bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira, iżda bil-konsiderazzjoni dovuta tal-fażi taċ-ċiklu ta' negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-instituzzjonijiet kontribwenti.
|
|
Artikolu 69 3.
|
Il-Bord għandu jestendi l-perijodu inizjali msemmi fil-paragrafu 1 b'massimu ta' erba' snin fil-każ li l-Fond ikun għamel żborzi akkumulati ta' aktar minn 0,5 % tal-ammont totali ta' depożiti koperti msemmi fil-paragrafu 1 u fejn il-kriterji tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 5(b) jkunu sodisfatti.
|
|
Artikolu 69 4.
|
Jekk, wara l-perijodu inizjali msemmi fil-paragrafu 1, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira speċifikat f' dak il-paragrafu, il-kontribuzzjonijiet regolari kkalkolati skont l-Artikolu 70 għandhom jinġabru sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Wara li jkun intlaħaq il-livell fil-mira għall-ewwel darba u fejn il-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu sussegwentement tnaqqsu għal anqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira, dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell fil-mira fi żmien sitt snin. Il-kontribuzzjoni regolari għandha tieħu kont dovut tal-fażi taċ-ċiklu ta' negozju, u l-impatt li kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fl-iffissar tal-kontribuzzjonijiet annwali fil-kuntest ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 69 5.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delgati skont l-Artikolu 93 biex tispeċifika dan li ġej:
(a)
kriterji biex il-kontribuzzjonijiet għall-Fond ikkalkolati skont il-paragrafu 2 jitqassmu tul iż-żmien;
(b)
kriterji għad-determinazzjoni tal-għadd ta' snin li bihom il-perijodu inizjali msemmi fil-paragrafu 1 jista' jkun estiż skont il-paragrafu 3;
(c)
kriterji għall-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet annwali previsti fil-paragrafu 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|