+Artikolu 70 Kontribuzzjonijietex ante
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
---+Artikolu 70 5.
---+Artikolu 70 6.
---+Artikolu 70 7.
|
Artikolu 70 Kontribuzzjonijietex ante
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70 1.
|
Il-kontribuzzjoni individwali ta' kull istituzzjoni għandha tinġabar mill-inqas kull sena u għandha tiġi kkalkolata prorata skont l-ammont tal-obbligazzjonijiet tagħha (minbarra l-fondi proprji) li minnu jitnaqqsu d-depożiti koperti, fir-rigward tal-obbligazzjonijiet aggregati (minbarra l-fondi proprji) u filwaqt li jitnaqqsu d-depożiti koperti, tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha.
|
|
Artikolu 70 2.
|
Kull sena, il-Bord, wara li jikkonsulta l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandu jikkalkula l-kontribuzzjonijiet nazzjonali biex jiżgura li l-kontribuzzjonijiet dovuti mill-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha ma jaqbżux 12,5 % tal-livell fil-mira. Kull sena l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għal istituzzjonijiet individwali għandu jkun ibbażat fuq:
(a)
kontribuzzjoni fissa, li tkun ibbażata prorata għall-ammont tal-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni minbarra l-fondi proprji u d-depożiti koperti, fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u d-depożiti koperti, tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti; u
(b)
kontribuzzjoni aġġustata skont ir-riskju, li għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità, mingħajr ma jinħoloq tgħawwiġ bejn l-istrutturi tas-settur tal-banek tal-Istati Membri.
Ir-relazzjoni bejn il-kontribuzzjoni fissa u l-kontribuzzjonijiet aġġustati skont ir-riskju għandha tikkunsidra distribuzzjoni bbilanċjata tal-kontribuzzjonijiet bejn tipi differenti ta' banek. Fi kwalunkwe każ, l-ammont aggregat ta' kontribuzzjonijiet individwali mill-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha, ikkalkolat skont il-punti (a) u (b), ma għandux jaqbeż annwalment it-12,5 % tal-livell fil-mira.
|
|
Artikolu 70 3.
|
Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu biex jintlaħaq il-livell immirat speċifikat fl-Artikolu 69 jistgħu jinkludu impenji ta' pagamenti irrevokabbli li huma kompletament sostnuti b'kollateral ta' assi b'riskju baxx mhux ostakolati b'xi drittijiet ta' parti terza, għad-dispożizzjoni ħielsa u allokati għall-użu esklużiv tal-Bord għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 76(1). Is-sehem ta' dawk l-impenji irrevokabbli ta' pagament ma għandhomx jaqbżu t-30 % tal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet miġbura skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 70 4.
|
Il-kontribuzzjonijiet riċevuti debitament ta' kull entità msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx jiġu rimborsati lil dawk l-entitajiet.
|
|
Artikolu 70 5.
|
Fejn l-Istati Membri parteċipanti jkunu diġà stabbilixxew arranġamenti nazzjonali tal-finanzjament ta' riżoluzzjoni, jistgħu jipprevedu li dawk l-arranġamenti jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli tagħhom, miġbura minn istituzzjonijiet, bejn is-17 ta' Ġunju 2010 u d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/59/UE, biex jikkumpensaw lill-istituzzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet ex-ante li dawk l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa jħallsu lill-Fond. Tali restituzzjoni għandha tkun bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri stipulati fid-Direttiva 2014/49/UE.
|
|
Artikolu 70 6.
|
L-atti delegati li jispeċifikaw l-idea ta' aġġustament tal-kontribuzzjonijiet proporzjonalment għall-profil ta' riskju tal-istituzzjonijiet, adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 103 (7) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandhom jiġu applikati.
|
|
Artikolu 70 7.
|
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, fil-qafas tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6, jadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, u b'mod partikolari fir-rigward ta':
(a)
l-applikazzjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet individwali;
(b)
il-modalitajiet prattiċi għall-allokazzjoni lill-istituzzjonijiet tal-fatturi ta' riskju speċifikati fl-att delegat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|