+Artikolu 76 1.

Artikolu 76 1.

Fil-qafas tal-iskema ta' riżoluzzjoni, meta jiġu applikati l-għodod ta' r-riżoluzzjoni fuq l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Bord jista' juża l-Fond biss sal-punt neċessarju biex jiżgura l-applikazzjoni effikaċi tal-għodod ta' riżoluzzjoni għall-iskopijiet li ġejjin:

(a) 

biex jiġu garantiti l-assi jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, is-sussidjarji tagħha, istituzzjoni tranżitorja jew ta' mezz tal-immaniġġjar tal-assi;

(b) 

biex jingħata self lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, is-sussidjarji tagħha, istituzzjoni tranżitorja jew mezz tal-immaniġġjar tal-assi;

(c) 

biex jinxtraw assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d) 

biex isiru kontribuzzjonijiet għal istituzzjoni tranżitorja u mezz tal-immaniġġjar tal-assi;

(e) 

biex jitħallas kumpens lill-azzjonisti jew lill-kredituri jekk, wara evalwazzjoni skont l-Artikolu 20(5) ikunu ġarrbu telf ikbar milli kieku kienu jġarrbu, wara valwazzjoni skont l-Artikolu 20(16), fi stralċ skont proċeduri normali ta' insolvenza;

(f) 

biex issir kontribuzzjoni lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni minflok il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet ta' ċerti kredituri, meta tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna u tittieħed id-deċiżjoni biex ċerti kredituri jiġu esklużi mill-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5);

(g) 

biex tittieħed kwalunkwe kombinazzjoni ta' azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.